Joseph: issa favur is-solidarjetà, daqshekk pushbacks

muscat_renzi

 

 

Huwa b’sodisfazzjon li qed naqra li Joseph Muscat il-bieraħ flimkien ma Matteo Renzi Prim Ministru Taljan tkellem dwar Ewropa li trid tkun waħda ta’ solidarjetà ma’ dawk kollha maħruba minn pajjiżhom, il-bogħod mill-ġlied u mit-terrur.

Qed jitgħallem ftit mingħand Matteo Renzi li l-bieraħ ġo Palazzo Medici Firenze kien qed jgħid li: “L-Ewropa trid turi l-lat uman tagħha. Dan xi drabi jinħass in-nuqqas tiegħu, kif jidher min-nuqqas ta’ rispons ta’ mexxejja oħra, Ma hemm l-ebda triq oħra għajr dik li nsalvaw il-ħajja ta’ dawk li jippruvaw jaqsmu l-Mediterran.”

Dan hu Joseph differenti minn dak li sentejn ilu ordna lill-Air Malta biex tkun għal-lest ħalli tieħu lill-immigranti lura l-Libja. Dakinnhar żammitu l-Qorti Ewropeja tad-Drittijiet tal-Bniedem fi Stasbourg.

Dan huwa l-istess Joseph li kien favur il-pushbacks.

Huwa tajjeb li qed jitgħallem ftit. Avolja meta jitkellem favur is-solidarjetà għadu ma tantx jitkellem b’konvinzjoni.

Imma bil-mod, għax għadu qed jidhra b’vokabolarju ġdid. Wara kollox trid tagħtieħ ftit ċans!

Advertisements

2 comments on “Joseph: issa favur is-solidarjetà, daqshekk pushbacks

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s