It –trasport tal-iskejjel

School Opening Hours Consultation

Huwa tajjeb li l-Ministeru tal-Edukazzjoni ppubblika l-White Paper dwar it-trasport tal-iskejjel. Kieku ippubblika dan id-dokument bil-Malti kien ikun ferm aħjar milli ippubblikah bl-Ingliż bit-titlu ta’ School Opening Hours and Traffic Congestion.

Huwa fatt li fil-ġranet tal-vakanzi tal-iskejjel (kemm fis-sajf, kif ukoll fi żmien il-Milied u żmien l-Għid) ikun hemm ħinijiet kmieni fil-għodu u anke għall-ħabta tas-2pm meta t-traffiku jkun mexxej ferm iktar mill-bqija tas-sena.

Iżda jkun żball li naħsbu li l-konġestjoni tat-traffiku hi ikkawżata mill-iskejjel biss. L-iskejjel jagħtu l-kontribut tagħhom għall-problema, prinċipalment minħabba li l-hin li fih jibdew l-iskejjel huwa ukoll il-ħin li fih bosta jkun sejrin għax-xogħol fil-għodu. Il-problema hi ferm ikbar u għandha l-egħruq tagħha fin-nuqqas li jkollna transport pubbliku effiċjenti għal ħafna snin.

Il-White Paper tagħmel ħafna suġġerimenti validi.

Fiż-żoni madwar l-iskejjel tgħidilna l-White Paper, hemm ħtieġa li t-toroq li minnhom jgħaddu bil-mixi l-istudenti fi triqithom lejn l-iskola jkunu taħt superviżjoni (organisation of supervised walking routes in localities). Dan hu suġġeriment validu ħafna u jfisser emfasi ikbar fuq il-ħtieġa li innaqqsu l-perikli mit-toroq tagħna fil-lokalitajiet. Sal-lum (forsi) jkun hemm pulizija ħdejn l-iskola li jżomm il-karozzi milli joqorbu ż-żejjed lejn l-iskejjel. Din il-proposta li ż-żona protetta tinfirex lil hinn mill-iskola hi waħda tajba għax twassal il-protezzjoni mill-iskejjel saż-żoni residenzjali.

L-għadma iebsa li tindirizza l-White Paper hi l-ħtieġa li t-trasport tal-iskejjel jibda jitqies mhux iktar skola skola, iżda fuq livell nazzjonali b’mod li ma jiddistingwix bejn l-iskejjel tal-istat u dawk privati jew reliġjużi. Forsi wasal ukoll iż-żmien fejn l-istat jibda jħallas għat-transport tal-istudenti lejn l-iskejjel privati u religjużi.

B’mod żbaljat il-White Paper ma teżaminax ir-rwol li jista’ jkollhom il-Kunsilli Lokali f’dan l-eżerċizzju kollu. Il-Kunsilli Lokali huma f’posizzjoni unika li jagħtu kontribut effettiv għax qegħdin fil-lokalità, u hi sfortuna li l-Ministeru tal-Edukazzjoni dan jidher li għadu ma fehmux. L-organizzazzjoni tat-trasport tal-iskejjel għandu jsir flimkien mal-Kunsilli Lokali li individwalment jew fi gruppi (fil-każ ta’ Kunsilli Lokali żgħar) jistgħu jassiguraw ferm iktar minn kulħadd illi t-trasport tal-iskejjel ikun organizzat skond il-ħtiġijiet tal-istudenti u mhux skond il-kundizzjonijiet iddettati minn min jagħti s-servizz tat-trasport. F’dan il-kuntest il-White Paper fil-fatt titkellem dwar konflitt bejn service providers u service receivers: ġustament tgħid li l-ħinijiet tat-transport hu ħafna drabi ddettat fl-interess ta’ min jipprovdi s-servizz, mhux fl-interess tal-istudenti.

Organizzazzjoni aħjar tat-trasport tal-iskejjel taħt id-direzzjoni tal-Kunsilli Lokali għandha twassal għal titjib fil-kwalità tas-servizz tat-trasport. Dan jinkludi b’mod partikolari l-imġieba tax-xufiera u l-puntwalità tas-servizz.

Dawn il-fatturi kollha flimkien jistgħu jħajru iktar ġenituri jutilizzaw dan is-servizz flok ma jwasslu lill-uliedhom huma stess bil-karozzi privati tagħhom sal-iskola.

Il-ħinijiet tal-iskola m’għandhomx għalfejn jinbidlu. Imma f’dawk il-każijiet fejn l-istudenti jaslu kmieni l-iskola, flok ma jitħallew jiġru barra għandhom ikollhom il-possibiltà ta’ attività extra-kurrikulari, taħt superviżjoni fl-iskola.

B’dan il-mod l-iskejjel jistgħu inaqqsu t-traffiku li jiġġeneraw.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s