Terrimot għall-ġimgħa d-dieħla

cpd_logo

 

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qed jippjana terrimot għall-ġimgħa d-dieħla nhar il-Ħamis 3 ta’ Settembru. Dan ser isir bħala eserċizzju ta’ taħriġ u ser jinvolvi madwar 300 ruħ. It-taħriġ ser isir ġo Għawdex.

Ser jipparteċipaw ukoll madwar sittin persuna teknika mid-Dpartiment tal-Protezzjoni Ċivili ta’ Sqallija.

Din hi aħbar tajba ħafna. Tfisser li bħala pajjiż bdejna inħarsu l-quddiem bis-serjetà f’dan il-qasam. Sal-lum id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kien assoċjat mat-tifi tan-nar, ma’ inċidenti gravi tat-traffiku u ma problem ta’ għargħar. Issa ser isir pass kbir il-quddiem.

Hu tajjeb li nibdew nippjanaw dwar kif id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jaħdem f’każ ta’ diżastru nazzjonali bħal terrimot jew għargħar, per eżempju.

Il-kordinazzjoni hi meħtieġa biex l-awtoritajiet differenti jissinkorizzaw il-ħidma ta’ bejniethom. Hu importanti ħafna li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, l-Armata, l-Pulizija u l-awtoritajiet tas-Saħħa f’każ ta’ emerġenza ma jkollhomx diffikultà biex jaħdmu. Għalhekk importanti t-taħriġ.

Imma hemm bżonn ukoll li jkunu involuti l-Kunsilli Lokali għax f’każ ta’ emerġenza huma l-Kunsilli Lokali l-ewwel u l-iktar kuntatt effettiv man-nies.

Ma nistax għalhekk ma ngħidx prosit mistħoqq lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li wasal sa hawn.

Imma dan hu biss il-bidu. Għax hemm ħafna iktar x’isir.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s