Il-mod kif il-Gvern ħa id-deċiżjoni dwar l-Università Amerikana juri biċ-ċar li m’għandux idea tal-obbligi ambjentali tiegħu. Għax kieku kellu l-iċken idea kien jimxi b’mod differenti. Il-konsultazzjoni neċessarja kien jagħmilha qabel ma jiddeċiedi u mhux wara li għaffiġha.
Id-deċiżjoni oriġinali kienet ħażina. Bid-deċiżjoni reveduta li tħabbret il-bieraħ l-Gvern ġabar ftit ġieħu.
Ir-reviżjoni saret biss u esklussivament minħabba li s-soċjetà ċivili fetħet ħalqha.
M’huwiex possibli li tikkonkludi minn każ wieħed jekk dan ifissirx li l-Gvern immexxi minn Joseph Muscat huwiex ser jibda jagħti każ ta’ x’jaħseb il-lobby ambjentali. Dan inkunu nistgħu nikkonkluduh wara li jkollna xi żewġ każijiet oħra.
Irridu naraw per eżempju dwar kemm il-Gvern ser jagħti każ tal-proposti tal-lobby ambjentali dwar il-liġijiet preżentement pendenti quddiem il-Parlament. Irridu ukoll naraw xi proposti ser isiru meta fix-xhur li ġejjin ikunu ippubblikati l-abbozzi ta’ pjani lokali.
Jiena naħseb li l-Gvern kontinwament ser jipprova jevita l-obbligi ambjentali tiegħu. Jekk isib resistenza jaġġusta l-posizzjoni tiegħu skond ir-resistenza li jsib.
Għalhekk hu importanti li s-soċjetà ċivili tibqa’ viġilanti għax ser niffaċċjaw battalja wara l-oħra. Min jaqta’ nifsu l-ewwel jitlef.
Ippubblikat fuq l-Illum il-Ħadd 23 t’Awwissu 2015
it is still 18,000 square metres TOO MUCH!
It is also 72,000 square metres less!
Would certainly have preferred if no development at Zonqor was proposed at all.
The reduced building foot print shall not inhibit the private local developers from submitting further development. The domino effect – obviously in the construction ‘business’ shall roll on this precedent. As an example why not build a ‘Students Home’?