Il-Front Kontra t-TTIP [Trattat Transatlantiku għall-Kummerċ u l-Investiment] għamel użu miż-żiemel ta’ Trojja biex iwassal il-messaġġ li n-negozjati bejn l-Unjoni Ewropeja u l-Istati Uniti tal-Amerika jista’ jwassal għal tnaqqis fl-istandards ambjentali fl-Ewropa.
Dan jinfirex mill-kwalita tal-ikel sal-istandards dwar is-sigurta tal-karozzi. Jistgħu jkunu effettwati ukoll l-istandards dwar il-kontroll tal-kimiċi perikolużi.
Dan kollu minħabba li fil-parti l-kbira tal-każi hemm differenzi sostanzjali bejn ir-regolamenti fl-Unjoni Ewropeja u l-Istati Uniti, b’dawk ta’l-Ewropa jkunu iktar stretti.
It-Trattat Transatlantiku għall-Kummerċ u l-Investiment ipoġġi l-interess tal-flus qabel in-nies.
Prosit lill-għaqdiet ambjentali li jiffurmaw il-Front Kontra it-TTIP [Transatlantic Trade and Investment Partnership] li tul din il-ġimgħa ser imexxu l-quddiem kampanja ta’ informazzjoni dwar dan.