Boutique Hotels f’Malta u l-impatt fuq ir-residenti

Malta Tourism Authority

 

Qed ikellmuni residenti minn lokalitajiet diversi. Uħud minnhom huma inkwetati li ħdejhom ser tfaqqas boutique hotel.

Il-biża’ ta’ dawn ir-residenti hi li ser ikollhom invażjoni tal-ħajja kwieta tagħhom fl-irħula żgħar tagħna.

Qaluli li jibżgħu li dawn il-lukandi żgħar ser jiftħu l-faċilitajiet tagħhom bħal swimming pool, bar u restaurant għal persuni li ma jkunux residenti fil-boutique hotel.

Jiena naħseb li dan hu improbabbli li jsir għax kieku kellu jsir hekk dawn il-boutique hotels fl-irħula jitilfu l-karatteristika prinċipali tagħhom: post fil-kwiet. Post il-bogħod mill-istorbju. Post ta’ mistrieħ fejn l-atmosfera hi waħda ta’ familja u mhux waħda kummerċjali.

Anke l-movimenti dwar xiri tal-ikel, inkella ta’ skart fil-boutique hotels m’għandux ikun wieħed straordinarju. Għandu jkun daqs, jew ftit iktar minn dak ta’ familja medja f’Malta.

Qed ngħid dan għax id-daqs indikat lili tal-boutique hotels ippjanati f’Malta mhux wieħed kbir. Hu fil-fatt kompatibbli mal-binjiet ħdejhom fl-irħula tagħna. Ta’ l-inqas il-parti l-kbira minnhom.

Il-boutique hotels għandna bżonnhom f’Malta għax dawn jistgħu jifirxu x-xogħol konness mat-turiżmu fl-irħula tagħna u għandhom jinkoraġixxu tip differenti ta’ turiżmu. Mhux biss. Jistgħu jkunu ta’ għajnuna kbira biex ikun riabilitat bini qadim mitluq kif ukoll jistgħu jservu ta’ spinta biex nieħdu ħsieb aħjar bini storiku fl-irħula tagħna li spiċċa bla użu.

Peró jkun tajjeb li l-Kunsilli Lokali jiċċaqalqu u flimkien mal-MEPA u l-Awtorità tat-Turiżmu jfasslu linji gwida flessibli dwar il-boutique hotels li tista’ isserraħ ras kulħadd. Għax sfortunatament, jekk tfittex fuq il-website tal-Awtorità tat-Turiżmu, inkella fuq il-website tal-MEPA ma issib xejn.

Biex inkun ċar, ma nistax ngħid li kull proposta ta’ boutique hotel f’Malta ser tkun bla impatti fuq ir-residenti. Imma jekk noqgħodu attenti nistgħu nassiguraw li dan ikun hekk. Forsi ma tafx kif għal darba l-MEPA ixxaqleb lejn ir-residenti!

Mill-bqija kull min jixtieq għajnuna dwar xi applikazzjoni pendenti fil-lokalità tiegħu dwar boutique hotels u l-impatti fuq ir-residenti jista’ jikkuntattjani u safejn hu possibli nagħti l-għajuna tiegħi biex ikunu iċċarati l-affarijiet.

L-email tiegħi hu cacopardocarm@gmail.com

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s