Il-flus jiġu qabel in-nies

euros floating in space

 

F’gazzetta ta’ kuljum, il-bieraħ, kien hemm storja dwar l-imwejjed fuq il-bankini, li jinħarġu hemm minn sidien ta’ restoranti jew bars biex ikollhom spazju ikbar minn fejn idawru euro.

Il-bankini tagħna, fil-parti l-kbira tagħhom m’għandhomx xi wisa’ kbira.

Uħud minn dawn is-sidien ta’ restoranti u bars għandhom il-permess biex joħorġu l-imwejjed fuq il-bankina. Tiegħu iħallsu rata għal kull mejda kuljum.

Mhux kollha jimxu mal-kundizzjonijiet ta’ dan il-permess. Min jikser il-permess bi ftit u min jiksru b’ħafna. Hemm imbagħad min jiġi jaqa’ u jqum minn kollox u minn kulħadd u jaqbad u joħrog l-imwejjed bla ma jkollu permess. Dan jaħseb li b’xi mod jirnexxielu jirranġa. U uħud minnhom qiesu jirnexxielhom jirranġaw, għax donnu dejjem tgħaddi tagħhom. Dawn dejjem il-Gvern tagħhom, tagħhom u għalihom biss. Donnu tiġihom żewġ dejjem.

Suppost li l-awtoritajiet differenti għandhom in-nies, imħallsa mit-taxxi tagħna lkoll, li xogħolhom hu li jaraw li ħadd ma jabbuża. Dawn l-inspectors suppost li jaraw li min ingħata permess biex joħroġ għaxar imwejjed ma joħroġ għoxrin. Li min kien ordnat iħalli passaġġ minnfejn jgħaddu in-nies ħallih, u li l-passaġġ li jħallu jkun wiesa’ biżżejjed. Imma l-inspectors donnhom idumu ħafna ma jindunaw. Qieshom ikunu reqdin. U meta fl-aħħar jibdew ifittxu u jduru jindunaw ukoll b’dawk li ġew jaqgħu u jqumu. U wara ftit jaqa’ s-skiet. U ħafna drabi qiesu ma ġara xejn. Għax il-flus titkellem.

 

F’dan il-pajjiż malajr kulħadd jitħajjar. Jekk bar jew restorant għandu spazju wiesa’ biżżejjed quddiemu fejn jista’ joħroġ l-imwejjed, malajr jitħajjru ta’ ħdejh. Jidhrilhom li huma ukoll għandhom l-istess dritt, anke jekk dan ifisser li jkollhom jieħdu l-ispazju tal-parking inkella l-ispazju minnfejn jgħaddu in-nies.

Addio l-aċċess għas-siġġijiet bir-roti (wheelchairs). Addio d-dritt ta’ aċċess għall-ommijiet u missirijiet b’ulied żgħar.

Dan ukoll serq. Imma billi qed jinsteraq spazju pubbliku, ftit jagħtu każ.

In-nies ukoll għandhom dritt li jużaw il-bankini. Imma sfortunatment qed jiżdiedu l-każi fejn tal-imwejjed ħadu l-bankina kompletament għalihom u ħadd ma jlissen kelma.

Għax hu ċar ħafna li l-flus jiġu qabel in-nies.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s