Fil-Korp tal-Pulizija …………. jew nejja jew maħruqa

Ray-ZammitMalta Police emblem

 

Dan l-aħħar ġranet il-Kummissarju tal-Pulizija ħareġ ċirkulari, ftit ġranet qabel ma’ l-Imħallef Michael Mallia ikkonkluda inkjesta fuq il-familja tal-Mulej (l-ex Deputat Kummissarju tal-Pulizja Ray Zammit u uliedu, żewġ Spetturi, wieħed ex u l-ieħor għadu fil-Korp).

Il-Kummissarju Michael Cassar f’din iċ-ċirkulari talab lill-pulizija kollha, bla eċċezzjoni, biex jinfurmah dwar l-interessi tagħhom kollha (apparti ishma fil-Borża) u b’mod partikolari dwar il-parteċipazzjoni tagħhom f’kumpaniji u impiegi part-time.

Il-Pulizija diġa, skond il-liġi, huma pprojibiti milli jkollhom interessi li jikkonfliġġu mad-doveri tagħhom u allura l-Kummissarju Cassar qed jgħid l-ovvju. Imma xi kulltant naħseb li trid tirrepeti l-ovvju għal ħafna drabi biex uħud jirrealizzaw li anke l-Pulizija huma soġġetti għal-liġi. Dan minkejja li uħud, minnhom. bħall-familja tal-Mulej,  jippretendu li huma l-fuq mil-liġi u li ħadd u xejn ma jista’ għalihom.

Il-Korp tal-Pulizija huwa korp dixxiplinat u allura ma nistax nifhem kif hemm min jippretendi li l-Kummissarju tal-Pulizija m’għandux ikollu l-aħħar kelma dwar x’impiegi part-time jistgħu jaċċettaw membri tal-Korp tal-Pulizja.

Nittama li l-Ispettur tal-Pulizja Sandro Camilleri mill-Union tal-Pulizja ma jippretendix li dawk il-Pulizija li jaħdmu ta’ bouncers fi clubs ġewwa Paceville jibqgħu hemm. La huma u l-anqas suldati li għadhom fis-servizz m’għandhom jitħallew jagħmlu dan ix-xogħol.

Għandu iżda, b’ġustizzja, jingħad li mhux il-Pulizija biss ikunu f’kunflitt ta’ interess f’ċerti impiegi part-time. Hemm diversi uffiċjali oħra fis-settur pubbliku li ma jagħmlulhomx għajb.

Xi ngħidu per eżempju meta jkollok persuna li taħdem id-dwana u fl-off tagħha taħdem part-time ma burdnar?

Hemm bżonn tindifa sewwa, mhux biss fil-Korp tal-Pulizija.

Advertisements

One comment on “Fil-Korp tal-Pulizija …………. jew nejja jew maħruqa

  1. L-esperjenza qarsa tieghi mill-konsegwenzi tal-korruzzjoni fis-snin 1992/1993 sal-presentr fill-Pulizija u il-PAPB u il-PA/MEPA min zmien Eddie Fenech Adami sa llum. Din it-tip ta’ korruzjoni hija wisq aktar qarsa u gravi meta din il-korruzzjoni tigi ‘istutjonalizzata’ u tkun ‘sanctioned’ mill-ghola gradi ta’ Kummissarju, Assistent Kummissarju u Spettur fil-korp tal-Pulizija u l-‘inertia’ tal-MEPA tal-bierah u tal-llum. Nirreferi ghar-rapport 103 dwar il-kaz 110. Kaz li jien kont ressaqt quddiem Il-Kummissjoni Permanenti ta’ Kontra il-Korruzzjoni. Dan kien kaz car ta’ korruzzjoni li l-frott minnhu jilhaq il-mijiet tal-eluf tal-Euro. Ic-cirkostanzi ta’ dan il-kaz issa igravaw bit-talba ghal-permessi ohra fl-istess lokalita ta’ Gwardamanga fi Triq Is-Sorijiet tal-Ursolini. Permessi li qeghdin quddiem l-EPC tal-MEPA, li huma fl-obligu li jinvestigaw u li huma il-Gwardjani tal-ambjent fejn nghixu ahna ir-residenti.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s