Hi ħasra li Philip Rizzo ma ħasibx ftit iktar qabel ma kiteb il-kummenti sessisti tiegħu fuq facebook.
Dwar jekk il-manager fl-ETC għamlitx sewwa li ippubblikat ritratt tagħha bil-malja, dak argument ieħor, u hu rifless fuqha iktar minn ħaġa oħra.
Il-kummenti ta’ Philip Rizzo m’humiex aċċettabbli minn Chief Executive Officer tal-ETC. L-anqas m’huma aċċettabbli jekk jiġu minn ħaddieħor, peró Rizzo għandu bżonn jifhem li jeħtieġ li jmexxi bl-eżempju. Għax kif jista’ issa jippretendi imġieba korretta bejn l-impjegati fuq il-post tax-xogħol jekk hu indika mod differenti ta’ imġieba?
Imma l-problema hi ikbar minn hekk. Għax bil-kummenti tiegħu Rizzo qed jipperikola x-xogħol utli li hu stess għamel favur il-persuni b’diżabilità, ħidma li għadu għaddej biha. Għax hi ħidma li jagħmel b’konvinzjoni mhux b’konvenjenza.
Hawn hi d-dilemma ta’ Varist Bartolo. Ikeċċieh jew ma jkeċċiehx?
Fil-miżien tal-konsiderazzjonijiet tiegħu Varist ipprefera l-benefiċċju għall-persuni b’diżabiltà milli l-korrettezza politika. M’hiex għażla faċli u mhux kulħadd kapaċi jagħmilha.
Nittama biss li l-fatt li ngħata ċans ieħor jinftiehem li dan ma sarx għal wiċċu, iżda fl-interess tal-persuni b’diżabiltà. Għax hekk biss tagħmel sens id-deċiżjoni ta’ Varist.
Kummenti u ‘issues’ personali fuq FB m’ghandhomx jithalltu mal-hajja tax-xoghol. Dwar l-intenzjoni bhal f’dan il-kaz jidhol il-beneficju tad-dubju. Dan dejjem imur favur l-akkuzat. Avukat minhix.
Personalment, la darba jien imgarrab, nara problema akbar fl-ETC. Meta bhali tkun ghadekk tirregistra ghax-xoghol, L-ETC tiktiblek biex tapplika ma entitita’ partikulari tal-govern. Napplika u l-anqas tircievi ‘acknowledgement’ tal-email bl-applikazzjoni, inkluza is-CV.
L-issue hi waħda etika, iktar milli legali.
Sar ghal wiccu u ghal wicc hadd izjed! Nista’ nassigurak li l-persuni b’dizabilita’ ghandhom il-kapacita’ li jitkellmu ghalihom infushom – u hawn qed ninkludi hafna persuni b’dizabilita’ intelletwali wkoll – u m’ghandhomx bzonn sessist bhal dan biex jitkellem ghalihom! Jiddispjacini nghid li tiggustifika d-decizjoni tal-ministru hu insult ghall-intelligenza tan-nisa u tal-persuni b’dizabilita ukoll!
Ma jiena niġġustifika xejn u lil ħadd. Qed nittama biss li d-deċiżjoni ittieħdet fl-interess tal-persuni b’diżabilità:
“Nittama biss li l-fatt li ngħata ċans ieħor jinftiehem li dan ma sarx għal wiċċu, iżda fl-interess tal-persuni b’diżabiltà. Għax hekk biss tagħmel sens id-deċiżjoni ta’ Varist.”