L-ebda Awtorità f’Malta m’hi ser tgħidilna x’verifiki għamlet qabel ma ħarġet il-liċenżji. Dan jgħodd ukoll għal dawk il-liċenzji li ġew sospiżi dan l-aħħar wara l-ħruġ ta’ mandat t’arrest Ewropew għal sitt ċittadini taljani . Qed nirreferi għal dawk li kienu involuti fil-logħob tal-azzard elettroniku liċenzjat : iGaming jew remote gaming.
Li kieku l-Awtorità tagħti din l-informazzjoni ma tkunx serja għax tkun qed tikxef idejha!
Jibqa’ peró l-fatt li wara li ilna snin nisimgħu dwar kemm Malta hi l-iktar pajjiż serju f’dan il-qasam, tfaċċaw dawn il-każi. Ir-reazzjoni ġenerali hi li dawn qed jitfgħu dubju fuq is-serjetà li ilna nisimgħu biha.
Biex tgħaxxaqha kien hemm wieħed avukat li qalilna li ankè hu jagħmel il-verifiki (due diligence) dwar il-klijenti tiegħu. Peró dan l-avukat qalilna iktar minn hekk. Għax qalilna x’verifiki jagħmel. Fi stqarrija li huwa stess ħareġ dan l-avukat informa lil kulħadd li l-kumpanija tiegħu tivverifika l-passaport, il-kondotta tal-Pulizija kif ukoll li min japplika jkollu residenza fissa u li din tkun dokumentata.
Issa din l-informazzjoni hi kollha importanti. Li jkollok passaport validu, indirizz fiss u kondotta tal-Pulizija huwa tajjeb bħala punt tat-tluq. Imma ma naħsibx li hu biżżejjed biex tinduna jekk klijent huwiex assoċjat mal Mafja jew mal-‘Ndraghetta. . Imma wisq nibża’ li ftit li xejn qed isir tiftix iktar minn hekk għax kieku hu impossibli li jkun hemm daqstant li qed jiġru warajhom il-Pulizija Taljana u jinstabu fostna.
Wara kollox ħadd ma għandu timbru fuq moħħu jew fuq il-passaport li hu assoċjat mal Mafja jew mal-‘Ndraghetta.
Jiena ma naħsibx li xi ħadd hawn Malta fid-deher fittex li jissieħeb mal-kriminalità organizzata f’dan il-qasam. Probabbilment li kienu huma li bi ħsieb fittxew li jinqdew b’dawk il-professjonisti li isimhom ħasbu li seta jiftħilhom il-bibien mingħajr ħafna mistoqsijiet li huma jqisu żejda.
Hemm bżonn li l-verifiki jsiru ferm aħjar minn dak li jidher li sar s’issa. Fuq kollox hemm bżonn li titneħħa s-segretezza minn dan il-qasam.
Għax għalkemm in-numru ta’ dawk li qed ikunu kawża ta’ problema huma ftit, kull wieħed hu żejjed.
Ir-ragunmanet tieghek huwa tajjeb izda x’verifiki ohra tissuggerrixxi? Tra ilo dire e il fare c’e un grande mare!
Jekk il-pulizija Taljana (u anke dik internazzjonali) issibha daqshekk bi kbira li titracca il-persuni Mafjuzi, kif nistghu nippretendu li xi hadd go Malta huwa bravu aktar minnhom? Imbaghad il-Mafja ma tridx wisq biex tnehhilek hajtek jew il-hajja ta’ dawk gheziez ghalik. Altru ISIS!!
Min irid ifittex isib.
Per eżempju, iktar minn sena ilu kien ippubblikat dan l-artiklu fil-ġurnal Taljan Il Sole 24 Ore. Jittratta dwar il-perċimes fost dawk li ġew arrestati f’Malta, Mario Gennaro. Jiġifieri xi informazzjoni pubblika ankè sena ilu, wieħed seta jsibha u jaġixxi fuqha.
http://www.ilsole24ore.com/art/commenti-e-idee/2014-07-10/il-malaffare-cresce-i-siti-fantasma-063843.shtml?uuid=ABOJoLZB
Hekk hu. Imma Mario Gennaro huwa wiehed minn dawk ta’ l-iGaming? Huwa kien ilu snin jghix go Malta qabel ma nqabad! Dawn l-affarijiet iridu z-zmien u l-koperazzjoni internazzjonali. Ma ninsewx li l-korruzzjoni, specjlament dik mafjuza, ghandha kuntatti ferm b’sahhithom ma’ persuni fl-oghla pozizzjoninijiet, specjalment pubblici! U dawn jafu minn fejn ghandhom jghaddu!
“Calabria police described 39 year-old Mario Gennaro, who is registered at a Pendergardens address at St Julian’s, as the mastermind behind the web of illegal online betting and gambling in Italy on behalf of the ‘Ndrangheta.”
http://www.maltatoday.com.mt/news/national/55392/italy_police_say_malta_gaming_firms_part_of_ndrangheta_betting_syndicates#.VcCPx8cw_IU
Thank you.
Il-problema tibqa’ li meta nqabad kien ‘too late.’ Ma nahsibx li kien japplika f’ismu! Bhal ma jigri f’Malta, il-percimes tal-korruzzjoni, specjalment jekk ikujn politku, jinqeda b’nies li jkollu fiducja fihom!