Kulħadd irid jiekol !

Mario @ Parliament

 

L-aħbar li Mario de Marco, bħala avukat, qed jassisti waħda mill-kumpaniji tal-iGaming li l-ġimgħa l-oħra kellhom il-liċenzja tagħhom sospiża terġa’ tipponta lejn waħda mill-problemi fil-politika Maltija. Il-Membri Parlamentari Maltin  huma part-timers u jridu jibqgħu jipprattikaw il-professjoni tagħhom sakemm għadhom Membri tal-Parlament. Dan jiftaħ beraħ id-diskussjoni dwar il-konflitt ta’ interess potenzjali li għandu l-Membru Parlamentari Malti f’din is-sitwazzjoni.

Ovvjament, kulħadd irid jgħix, kulħadd irid jiekol!

Il-GRECO [il-grupp ta’ stati kontra l-korruzzjoni fil-Kunsill tal-Ewropa] jgħid hekk dwar il-Membri Parlamentari part-time ta’ Malta fl-aħħar rapport tiegħu li ġie ppubblikat f’Ġunju li għadda:

“Parliamentarians, in Malta are generally part-time legislators who also maintain their private practices. The potential for a conflict of interest due to the personal and professional networks and business links built across Malta, make maintaining decisionmaking independence, and being able to publically demonstrate this independence, a live issue.” (Fourth Evaluation report – 2014)

Sadanittant f’Malta, għoxrin xahar ilu kien konkluż rapport imħejji minn kumitat kompost mill-Ombudsman, l-Awditur Ġenerali u l-Kummissarju Elettorali Ewlieni, intitolat Recommended Remuneration Mechanism for Holders of Political Office. F’dan ir-rapport hemm diversi proposti li wasal iż-żmien li niddiskutuhom bis-serjetà. Dawn il-proposti jinkludu dawk dwar il-possibilità li l-Membri Parlamentari Maltin jibdew jaħdmu full-time fil-Parlament.

Ma jagħmilx sens li l-Membru Parlamentari Malti fil-għaxija jikkritika lill-Awtorità (hi liema hi) dwar kif din qed taħdem u fil-għodu fil-Qorti jassisti lil min jikkontesta l-mod kif tkun ħadmet l-istess awtorità. Il-Membru Parlamentari għandu juri b’mod ċar li hu legislatur indipendenti. Għax sakemm jibqa’ part-timer dejjem ser ikun hemm dubju raġjonevoli li ta’ l-inqas xi drabi huwa jkun immotivat mill-interessi tal-klijenti tiegħu iktar minn kull ħaġa oħra.

Advertisements

5 comments on “Kulħadd irid jiekol !

  1. Jekk irridu li l-Membri Parlamentari jkunu full time rridu l-ewwel nett nghollu l-pagi li dawn jaqalghu, pagi li jkunu bizzejjed beix dawn in-nies ma jghamewx meta xi hadd imur u joffrilhom ammont ta flus ghall-pjaciri. Ma nistghux nibqghu nhallsu lir-raprezentatni taghna bir-racanc

    • Għalhekk għamilt referenza għal dak ir-rapport li sar mill-Ombudsman u oħrajn 20 xahar ilu għax eżattament (kif qed tgħid inti) jipproponi ħlas adegwat lill-Membri Parlamentari. Imma s’issa dan ir-rapport għadu fuq l-ixkaffa. Għax ir-riformi bis-serjetà (jiġifieri dawk li fl-aħħar itejjbu l-amministrazzjoni tal-pajjiż), ħadd ma jridhom ħlief Alternattiva Demokratika.
      Il-partiti l-oħra dejjem b’xi skuża. Il-Labour ma jridx jgħollin is-salarji, imbagħad ħatar lill-MPs tiegħu kważi kollha f’xi Bord jew x’imkien ieħor biex żiedilhom id-dħul sewwa. Il-PN min-naħa l-oħra ma qalx eżattament x’irid ħlief li kien hemm uħud li qalu illi ma jaqblux li ,l-MPs ikunu fulltime minħabba li jitilfu kuntatt man-nies. Fil-fatt il-kuntatt mal-klijenti jitilfu!

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s