Għall-Ispettur Zammit, xejn m’hu xejn

Inkjesta Zammit

 

L-inkjesta li għadu kif ikkonkluda l-Imħallef Emeritu Michael Mallia fiha x’tomgħod. Mhux daqstant fuq il-karattru ikkulurit sewwa ta’ dawk li jissemmew fiha, imma dwar l-attitudni ta’ numru ta’ fizzjali tal-Korp tal-Pulizija.

Il-familjarità żejda ta’ fizzjali tal-Pulizija ma persuni fil-kummerċ hi inkwetanti ħafna għax jidher li dawn il-fizzjali ma fehmux sewwa sewwa x’inhu r-rwol tagħhom fis-soċjetà. Dan apparti minn kemm kisru jew ma kisrux liġijiet dawn il-persuni fil-kummerċ.

Huwa inkwetanti li żewġ Spetturi ma jaraw xejn ħażin li jkunu soċji f’kumpanija kummerċjali. Huwa agħar meta jippruvaw ifettqu dwar jekk il-kumpanija bdietx taħdem jew le. Imma huwa ħafna agħar minn hekk li għal missierhom li f’dak iż-żmien kien Deputat Kummissarju tal-Pulizija ukoll qiesu ma ġara xejn.

Kif tista’ ma tħokkx rasek li Spettur tal-Pulizija ma jara xejn ħażin li waqt li qed imexxi proċeduri fil-Qorti kontra persuna, fl-istess ħin jieħu sehem fit-twaqqif ta’ kumpanija ma familjari tal-persuna li qed imexxi kontriha?

Hu ċar li għat-tlett fizzjali tal-Pulizja Zammit, xejn m’hu xejn.

Jekk dawn l-attitudnijiet huma mifruxa fil-Korp tal-Pulizija, l-Kummissarju Michael Cassar għandu għadma iebsa ħafna.

Advertisements

One comment on “Għall-Ispettur Zammit, xejn m’hu xejn

  1. Il-gwaj akbar u malizzjuz hu li hadd ma jikkundanna u jitlob spjegazzjoni lill-amministrazzjonijiet li kienu jirrenjaw meta din iz-zerrigha hazina giet mizrugha, izda jaghmel plejtu u jikkundanna bl-ahrax lill-amminitrazzjon prezenti taht liema amministrazzjoni gew mikxufa dawn it-tip ta’ l-iskandli; u li hadet azzjoni dwarhom! Din hija makakkerija, izda mhix onesta`

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s