Wara li qerdu kullimkien, issa jmiss Kemmuna ?

San  Niklaw-Comino

Jidher li qed toqrob id-daqqa ta’ Kemmuna.

Madwar sena ilu kienet inbniet triq illegali fuq Kemmuna. Wara kellna s-skiet.

Issa l-Malta Today qed tirrapporta li qed jitħejjew pjani biex il-lukanda u l-bungalows f’Kemmuna jkun żviluppati mill-ġdid.

Kemmuna hi protetta bħala sit Natura 2000. Imma ma nistgħux neskludu logħob tas-soltu biex iduru ma din il-protezzjoni u fl-aħħar, għal darba oħra, tinqered biċċa oħra mill-wirt naturali ta’ dan il-pajjiż.

Id-Direttiva dwar il-Habitats tal-EU tagħti protezzjoni lill-Kemmuna. Meta Kemmuna kienet ġiet dikjarata sit Natura 2000 kienu ġew identifikati l-ispeċi tal-flora u l-fawna li kienu qed jiġu protetti b’din il-miżura. Irridu naraw kemm din il-protezzjoni tista’ tiddgħajjef bħala riżultat tal-iżvilupp li ser ikun propost fuq Kemmuna.

L-impatti kollha huma importanti, kemm dawk waqt il-kostruzzjoni proposta (inkluża t-twaqqiegħ tal-lukanda u bungalows eżistenti u l-possibli tqattiegħ ta’ blat biex jiżviluppaw parti ġdida taħt l-art) kif ukoll bl-użu ta’ dak li eventwalment ikun kostruwit. minflok il-bini li jkun twaqqa’.

Fis-snin li għaddew, jiena infurmat li diġa saru diskussjonijiet u negozjati bejn dawk li għandhom għajnejhom fuq Kemmuna u d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Ambjent li llum hemm fil-MEPA. Billi d-Direttorat dakinnhar żamm iebes, naħseb li jkun hemm min jipprova jibdel id-deċiżjonijiet li diġa ittieħdu fil-passat bit-tama li jkunu jistgħu jiżviluppaw biċċa ikbar minn Kemmuna: biċċa ikbar mill-art li illum hi okkupata mill-lukanda u l-bungalows, inkluż faċilitajiet sportivi taħt l-art fejn qed jiġi ippjanat li jitqatta’ l-blat.

Ħalluna naħdmu, kienu qalulna! Issa naraw safejn ser jaslu.

Wara li qerdu kullimkien, issa jmiss Kemmuna, għax il-kilba tagħhom għall-flus ma tixba’ qatt.

 

Advertisements

5 comments on “Wara li qerdu kullimkien, issa jmiss Kemmuna ?

  1. FoE have a funded project on Kemmuna. We were carefully ‘interrogated’ about it by the PM in our 2-hour meeting with him last May. It is now clear that this was another on his list of his pre-election promises.There was even talk of “development of the pig-farm.

  2. “Ħalluna naħdmu, kienu qalulna! Issa naraw safejn ser jaslu.
    Wara li qerdu kullimkien, issa jmiss Kemmuna, għax il-kilba tagħhom għall-flus ma tixba’ qatt.”

    Min huma? Ghaliex daqshekk vag?

  3. Xi tqalliegh ta nies, qabel jehilbu l-pajjiz kollu ghal kilba personali ma joqghodux kwieti. Joseph Grech-Attard, ghal min hu genwin u ghandu nitfa sens f’mohhu, Carmel ma kif vag xejn. Ghal min ghandu interessi ulterjuri forsi kien.

  4. Pingback: Wara li qerdu kullimkien, issa jmiss Kemmuna ? | maltambjent

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s