Torri ta’ 38 sular fil-qalba ta’ Tas-Sliema ser joħnoq lir-residenti

High-Rise-Buldings-Sliema

 

Flimkien ma Arnold Cassola Chairman ta’ AD u Michael Briguglio Kunsillier f’isem AD fil-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema dal-għodu indirizzajt konferenza stampa dwar it-torri ta’ 38 sular li ser jinbena mill-kumpanija ta’ Gasan flok dak li kien il-Union Club

Huwa insult li l-iżviluppaturi ta’ proġett bħal dan jgħidu li ż-żieda fit-traffiku ta’ 4,000 karozza mhux se jkollu effett negattiv fuq ir-residenti.  Fil-fatt, l-approvazzjoni ta’ proġett bħal dan, flimkien mal-binja proposta ta’ 40 sular fis-sit tal-Forti Cambridge, se tkun tfisser iktar konġestjoni ta’ traffiku, iżjed tniġġiż ta’ arja, aktar riskji għas-saħħa, inqas postijiet fejn tipparkja, filwaqt li l-proġett se jkompli jkerraħ ix-Xatt ta’ tas-Sliema u l-veduta mill-Belt.

Filwaqt li l-impatt ta’ kull proġett individwali kemm fejn jidħol tnaqqis fil-kwalita’ tal-arja, żieda fit-traffiku, u iktar inkonvenjenza kemm għar-residenti kif ukoll għan-negozju huwa diġa’ kbir, l-impatt kumulattiv ta’ proġetti differenti ta’ żvilupp  ġewwa Tigne’ huwa ħafna agħar.  Meta wieħed iżomm f’moħħu dawn l-impatti kumulattivi, jistenna li l-applikazzjoni għal permessi ta’ żvilupp għal proġetti bħal dawn għandhom ikunu miċħuda.  In-numru dejjem jikber ta’ postijiet vojta mifruxa madwar il-gżejjer (mhux anqas ġewwa tas-Sliema) ukoll għandu jwassal biex naħsbu fil-fond fuq l-impatt li dawn il-proġetti qiegħed ikollhom fuq il-ħajja ta’ kuljum tar-residenti u tan-negozju  kemm fejn jidħol bejgħ kif ukoll fit-turiżmu. Kieku kellna nirriflettu bis-serjeta’, ma jistax ikun li ma naslux għall-konklużjoni li proġetti bħal dawn qegħdin inaqqru mill-kwalita’ tal-ħajja tagħna.

Il-Kunsill Lokali ta’ tas-Sliema qiegħed joġġezzjona għal dan l-iżvilupp għal bosta raġunijiet. inkliuż dak li ġie stabbilit minn studju xjentifiku ambjentali li sar mid-Direttorat għall-Protezzjoni tal-Ambjent. Dan jinkludi it-tfigħ ta’ dell fuq diversi spazji fosthom fi Qui-si-sana minħabba t-torri ta’ 38 sular u u bini ieħor, żieda ta’ eluf ta’ karozzi kuljum fl-inħawi ta’ Qui-si-sana u Tigne’ fejn diġa hemm problemi ta’ traffiku, u l-impatt negattiv fuq ir-residenti minħabba snin twal ta’ bini bla rażan.   Barra minn hekk, torri ieħor ta’ 40 sular qiegħed ikun propost ukoll ftit metri l-bogħod, fis-sit militari tal-Forti Cambridge, li wkoll qiegħed jikkawża tħassib fost ir-residenti ta’ tas-Sliema. Aħna nappoġġaw l-Għaqda Residenti ta’ Qui-si-sana u Tigne’ fil-ġlieda tagħha għad-drittijiet tar-residenti ta’ dawn l-inħawi.

One comment on “Torri ta’ 38 sular fil-qalba ta’ Tas-Sliema ser joħnoq lir-residenti

  1. Forgive a comment in English. Apart from all the reasons you have given above for objecting to this new tower – I would ask what and who is it for? How is it supposed to benefit our islands and our citizens? As to the aesthetic argument – why do we go on uglifying our small island, why are we determined to destroy all that is/was attractive and charming about it, in line with our closest neighbours in Italy and North Africa. Would they put up a tower like this in Positano and, if not, why not? We are not Hong Kong, nor Dubai – neither do we want to be. How behind the times our developers are with their capitalist ambitions. See article on understanding ISIS in today’s Guardian by Pankaj Mishra –

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s