Birżebbuġa : waħda wara l-oħra

Il-Qajjenza.San Lucjan

 

Il-ħruġ taż-żjut mit-terminal ta’ San Luċjan fil-baħar nhar l-Erbgħa wara nofsinnhar wassal biex għal-darba oħra ġie pprojibit l-għawm f’Birżebbuġa, din id-darba l-Qajjenza viċin fejn sa ftit ilu kellna l-impjant tal-gass.

Din mhiex l-ewwel darba. Xahar ilu kellna l-inċident fil-Port Ħieles fejn inċident ieħor kien wassal biex likwidu f’container jispiċċa l-baħar. Il-Bajja s-Sabiħa kienet damet ġranet magħluqa għall-għawm.

Kull darba li jkollna dawn l-inċidenti jbatu bosta.

L-ewwel ibatu r-residenti ta’ Birżebbuġa li jkunu mċaħħda minn rikrejazzjoni mistħoqqa. Ibatu magħhom dawk li jkunu Birżebbuġa villeġġatura. Ibatu ukoll bosta residenti mid-diversi lokalitajiet fin-nofsinnhar tal-pajjiż li f’Birżebbuġa isibu post fejn jistgħu jqattgħu ftit ħin ta’ mistrieħ.

Ibatu ukoll dawk li l-għixien tagħhom jiddependi mill-baħar inkella mill-ħwienet diversi mxerrdin ma’ Birżebbuġa.

Dawn l-inċidenti għandhom impatt fuq dawn kollha.

F’dan l-istadju ħadd għadu ma jaf eżatt x’ikkawża l-inċident u jiena mhux ser noqgħod nispekula x’setgħet kienet il-kawża. Il-fatti imma huma magħrufa minn kulħadd. Iktar ma jgħaddi żmien iktar qed tiżdied l-attività industrijali fil-Port ta’ Marsaxlokk. Din l-attività nisslet kritika mhux żgħira tul is-snin, mumenti li għixniehom flimkien, xi drabi ukoll b’opinjonijiet li jikkuntrastaw.

Illum qegħdin f’mument fejn l-attività industrijali li kienet proposta fl-interess ta’ ħidma ekonomika mixtieqa biex tnissel il-ġid qed tagħtina ukoll l-impatti negattivi tagħha. Kulħadd jippreferi kieku l-impatti negattivi ma jiġu qatt. Għalhekk għandna naħdmu.

Jekk bħala pajjiż m’aħniex ser jirnexxielna nassiguraw kontrolli stretti biżżejjed biex dawn l-impatti negattivi jkunu mill-inqas possibli ser ikollna iktar problemi. Wisq nibża’ li bħala riżultat taż-żieda tal-attività industrijali mhux il-bogħod li t-tgawdija tal-baħar f’Birżebbuġa tkun biss attivita’ tal-passat li tista’ issir biss mir-ritratti.

Forsi huwa ukoll il-mument li nifhmu li dawn huma l-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ ħarsien ambjentali adegwat kif ukoll ta’ konċentrazzjoni esagerata ta’ ħidma industrijali fil-Port ta’ Marsaxlokk.

Issa min irid jibqa’ b’rasu fir-ramel affari tiegħu.

ippubblikat fuq iNews il-Gimgħa 24 ta’ Lulju 2015

Advertisements

One comment on “Birżebbuġa : waħda wara l-oħra

  1. Min pogga l-ewwel gebla ta din ‘l-attivita ekonomika’ gewwa Marsaxlokk i.e. il-PN taht EFA u l-Power Station, ghandu jirrispondi. Ma nistax nifhem kif, meta jkun involut il-PL u JM, l-attakki ikunu diretti, izda meta jkun involut il-PN l-attakki ikunu sottili u ‘skuzati.’
    Din tnaqqas il-kredibilita fl-AD! Allura, kull min jidhol ftit fil-fond, jista’ jigi f’konkluzjoni x’jista’ jigri jekk ghada pitghada l-AD jirnexxiela tahkem xi siggijiet fil-parlament u jkun hemm bzonn li taghmel parti mill-gvern tal-gurnata.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s