Kandidat fl-elezzjoni ġenerali issa ser ikun jista’ jonfoq sa massimu ta’ €40,000 fil-kampanja elettorali fl-elezzjoni ġenerali, jekk jikkontesta fuq żewġ distretti.
Dan joħroġ mil-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti li issa waslet fl-aħħar stadji biex tkun approvata mill-Parlament u tidħol fis-seħħ matul ix-xhur li ġejjin.
Għal uħud li kandidat jonfoq €40,000 f’kampanja elettorali hu aċċettabbli.
F’Alternattiva Demokratika naħsbu li dan l-ammont hu wieħed esaġerat. Ħarsa madwarna turi li dawn l-ammonti intefqu fil-passat, probabbilment li intefqu iktar ukoll. Imma li issa l-liġi ser tippermetti dan l-infieq ifisser li l-infieq esaġerat ser isir aċċettabbli ukoll.
Huwa żball li jkun inkoraġġit dan l-infieq kollu.
Sal-lum l-infieq permissibli kien €1,400 (Lm600). Alternattiva Demokratika jidhrilha li infieq sa massimu ta’ €4,000 kien ikun ħafna iktar ragjonevoli għal kull kandidat.
Sakemm kull sold li jintefaq ikun imnizzel minn fejn gie ma ghandux ikun hemm problemi. Jekk xi hadd jonfoq 40, 000, minn fejn ha jgib il-flus lura? Biss biss, jekk tkun ministru hemm cans li tonqoslok il-paga mhux tizdidlek