Fil-Greċja : tbatija u umiljazzjoni

tsipras_merkel_hollande_25_juneWolfgang Shauble

Tħares kif tħares lejn is-sitwazzjoni,  l-umiljazzjoni tal-Greċja hi waħda totali.

Ir-riżultat tar-referendum fi tmiem il-ġimgħa l-oħra kienet l-espressjoni ta’ xewqa li ser tibqa’ sempliċiment hekk.

Il-Greċja qed tiffaċċja illum il-problemi li ħarbet  minnhom il-bieraħ. L-inġustizzja hi li dawk li gawdew biex inħolqu l-problemi, b’korruzzjoni, klijenteliżmu, evażjoni ta’ taxxa u tmexxija ġeneralment ħażina tal-ekonomija tal-pajjiż m’humiex dawk li ser jerfgħu is-salib tat-tbatija.

L-għażliet li għandu quddiemu l-Gvern ta’ Tsipras huma ċaħda sħiħa u totali ta’ dak kollu li tkellem dwaru tul dawn l-aħħar xhur. Hu mument li ħafna xtaqu li ma jasalx. Imma qiegħed wara l-bieb.

Tul dan il-lejl id-diskussjonijiet komplew u l-kundizzjonijiet iebsa ħafna tal-Ġermanja huma ċari: l-Greċja trid fil-prattika titlef is-sovranità finanzjarja tagħha. Għax fil-passat tant ġew imwegħda affarijiet li ma sarux, li ħadd issa m’hu jemmen li dak li jkun miftiehem jista’ jseħħ sakemm il-garanziji li jingħataw ma jkunux b’saħħithom.

Tul is-siegħat li ġejjin tittieħed id-deċiżjoni finali. Imma t-tbatija fil-Greċja ser tkun waħda kbira.

Din hi Ewropa li ħadd ma jixtieq. Hi Ewropa immexxija mill-banek.

 

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s