Kemm taħraqhom qalbhom għall-ambjent

Labour u l-Ambjent

 

Bħalissa kulħadd qalbu taħarqu għall-ambjent.

Leo Brincat jgħidilna li l-qasma tal-MEPA ser issir biex jissaħħah l-ambjent. Simon Busuttil min-naħa l-oħra qal li l-Gvern ser jassumi kontroll fuq l-ambjent u l-ippjanar daqs dak li kellu fl-agħar żmienijiet.

It-tnejn m’għandhomx raġun. Bil-liġijiet li għandna illum il-Gvern diġa’ għandu kontroll assolut kemm fuq l-ippjanar kif ukoll fuq l-ambjent. Fis-sustanza bil-liġijiet li qed jipproponi l-Gvern illum m’hu ser jinbidel xejn.

Sal-lum l-ambjent hu mogħti bis-sieq, skartat, mingħajr riżorsi adegwati. Il-kontroll effettiv fil-MEPA hu tad-Direttorat tal-Ippjanar.

Meta id-Direttorat tal-Ambjent ser ikun iżolat għalih waħdu, bil-liġi l-ġdida, s-sitwazzjoni ser tkun wisq differenti. Bla snien hu u bla snien ser jibqa’. 

Hemm soluzzjonijiet sempliċi ħafna għal din il-problema li ilha magħna żmien. Li meta jinħatru l-Bordijiet jintagħzlu persuni b’sensittivita ambjentali. S’issa dan ma sarx biżżejjed. Inħatru ftit wisq minn dawn in-nies. Għalhekk il-diżastru ambjentali madwarna. Li taħraqhom qalbhom għall-ambjent mhux biżżejjed. Dak li jagħmlu jrid ikun jaqbel ma dak li jgħidu.

 

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s