Ir-rapport tal-MEPA dwar iż-Żonqor: kif isiru l-affarijiet kieku jsiru bis-serjetà

iz-zonqor.wied_ilghajn_project_map

Tiftakru dak ir-rapport tal-MEPA dwar iż-Żonqor, fejn awturi fantażma qalu li ż-Żonqor seta jkun ikkunsidrat għall-iżvilupp ta’ Università Amerikana?

Il-konklużjoni ta’ (kważi) kulħadd kienet li ma kien hemm l-ebda serjetà fit-tfassil tar-rapport, u li kien ikun aħjar għall-MEPA u l-kredibilità tagħha kieku qagħdet il-bogħod u ma daħlitx bħal żatat fejn ma kienx postha.

Il-bieraħ fir-Renju Unit wara stħarriġ ta’ sentejn u nofs u nefqa ta’ £stg 20 miljun [għoxrin miljun sterlina] kien ippubblikat rapport imsejjaħ Airports Commission: Final Report. F’dan ir-rapport kummissjoni maħtura mill-Gvern tar-Renju Unit kellha l-inkarigu li teżamina l-kapaċita’ tal-ajruporti li jservu Londra u l-impatti tal-espansjoni potenzjali ta’ tnejn minnhom. Il- kummissjoni kienet mistennija tagħti parir dwar jekk għandux ikun kostruwit it-tielet runway fl-ajruport ta’ Heathrow inkella jekk kellux ikun kostruwit runway addizzjonali fl-ajruport ta’ Gatwick.

Iċ-Ċhairman tal-kummissjoni Sir Howard Davies, fid-daħla għal rapport ta’ 344 paġna jagħmel din id-dikjarazzjoni:

“Il-benefiċċji tal-avjazzjoni jgawdihom kulħadd, filwaqt li l-piż ambjentali tagħhom jintrefgħu mill-ftit. Għal dawk li joqgħodu ħdejhom l-ajruporti huma ġirien storbjużi, b’kilba għal ħafna art.”  

(The considerable benefits of aviation accrue to the many, while the environmental costs are borne by the (relatively) few. For those who live near them airports are noisy neighbours and are greedy for space.)

Essenzjalment dan il-kumment jgħodd għal kull proġett li jkun ippjanat. Għalhekk isiru l-istudji, biex ikunu identifikati l-impatti negattivi tal-proġett bl-iskop li, fejn possibli, dawn ikunu indirizzati. Fejn minkejja kull sforz (ġenwin) l-impatti jibqgħu hemm, wieħed imbagħad ikun irid jara jekk il-proġett ikunx għadu ġustifikabbli.

Ir-rapport jirrakkomanda li jkun ikkunsidrat l-espansjoni tal-ajruport ta’ Heathrow permezz tal-kostruzzjoni tat-tielet runway imma jorbot din ir-rakkomandazzjoni ma’ lista twila ta’ kundizzjonijiet ambjentali.

Il-Gvern (tar-Renju Unit) għad irid jieħu deċiżjoni. Imma l-kontroversja għadha fil-bidu nett. Hemm diversi membri parlamentari tal-Gvern li diġà esprimew ruħhom kontra l-proposta, fosthom numru ta’ MPs prominenti.

Ir-rapport ta’ 344 paġna, li diġa hu voluminuż, hu supplimentat b’numru kbir ta’ rapport tekniċi li jikkunsidraw diversi aspetti tal-impatti ambjentali , soċjali u ekonomiċi. Impatti fuq in-negozju u impatti fuq il-kwalita’ tal-arja. Impatti fuq il-klima, kif ukoll l-impatti fuq ir-residenti lokali. Impatti fuq it-trasport fil-lokalità kif ukoll eżami tal-validità tal-previżjonijiet diversi tat-traffiku tal-ajru ġġenerat. L-impatti fuq l-ekonomija lokali u l-impatti fuq l-ekonomija nazzjonali. L-impiegi w ix-xogħol iġġenerat.  L-impatt fuq il-kwalità tal-ħajja, is-saħħa u “equality impact assessment”.

Dan kollu u iktar hu mfisser f’eluf ta’ paġni biex il-Gvern tar-Renju Unit ikun jista’ jieħu deċiżjoni infurmata, imma ukoll biex is-soċjeta’ ċivili tkun tista’ tagħmel il-kontrolli neċessarji li l-analiżi qed issir sewwa u b’mod professjonali.

Dan kollu eventwalment ikun segwit ukoll bi studju dwar l-impatti ambjentali (environment impact assessment) skond jekk jintagħżilx Heathrow jew Gatwick.

Ma kienx ħaqqu iż-Żonqor u r-residenti ta’ Marsaskala li l-proġett propost ikun ikkunsidrat ftit fid-dettall, ankè f’dan l-istadju?

Mhux ta’ b’xejn li l-awturi tar-rapport stħaw juru wiċċhom!

Advertisements

One comment on “Ir-rapport tal-MEPA dwar iż-Żonqor: kif isiru l-affarijiet kieku jsiru bis-serjetà

  1. Carm, il-MEPA saret l-akbar għadu tal-ambjent. Kull proġett li jagħmel ħsara lill-ambjent, il-MEPA tapprova b’għajnejha magħluqa. Illum inqis il-MEPA hija aġenzija tal-iżviluppaturi. U għalhekk id-Direttorat tal-Ambjent fi ħdan il-MEPA ġie eliminat u qiegħed fil-limbo għal dawn l-aħħar sentejn, minkejja l-wegħdiet ta’ qabel l-elezzjoni biex dan ikun l-aħjar fil-pajjiz u fl-Ewropa.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s