Tonio Fenech, l-ispiji, w ir-responsabbiltà tal-uffiċjali pubbliċi

Directive 5

 

Il-Partit Laburista bhalissa ghaddej b’kampanja dwar l-“ispjuni” ta’ Tonio Fenech.

Teżisti informazzjoni elettronika li tindika illi numru ta’ uffiċjali pubbliċi fi gradi imlaħħqin kienu qed jassistu lil Tonio Fenech, meta kien għadu l-kelliemi tal-PN dwar il-finanzi. Kienu qed jieħdu sehem f’laqgħat ta’ diskussjoni kemm fil-HQ tal-Partit Nazzjonalista kif ukoll b’mod virtwali.

Minbarra dan, qed jingħad li kienu qed jgħaddu informazzjoni kunfidenzjali li saru jafu biha waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.

Dawn huma żewġ affarijiet kompletament differenti.

Li uffiċjal pubbliku jgħaddi informazzjoni kunfidenzjali li jsir jaf bħala riżultat waqt il-qadi ta’ dmirijeitu hi materja gravi ħafna. Jekk dan iseħħ u jkun jista’ jiġi ppruvat, bla ebda dubju, jimmerita azzjoni drastika sakemm ma jsirx biex jinkixfu abbużi fl-amministrazzjoni pubblika, f’liema każ fil-fehma tiegħi ikun skużabbli.

Min-naħa l-oħra, l-parteċipazzjoni ta’ uffiċjali pubbliċi fil-politika illum hi possibli għal ħafna. Huma ftit dawk l-impjegati fis-settur pubbliku li ma jistgħux jipparteċipaw. Dawk li ma jistgħux jipparteċipaw (b’xi eċċezzjonijiet) huma ristretti għall-gradi ta’ fuq nett, sa skala Numru 5. Dan huwa xieraq għax huwa neċessarju li l-għola uffiċjali tas-settur pubbliku jkunu distakkati mill-ħidma tal-partiti politiċi.

Xi snin ilu n-numru ta’ l-impjegati fis-settur pubbliku li ma setgħux jinvolvu ruħhom fil-politika kien ħafna ikbar. Iżda tul is-snin sar tibdil kbir u ġie rikonoxxut li n-numru ta’ dawk li ma kellhomx jipparteċipaw kellu jkun l-inqas possibli. Din il-posizzjoni ġiet kristallizzata fid-Direttiva numru 5 li ħarġet fl-2011 taħt il-provedimenti tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika.

Din hi restrizzjoni ġustifikabbli, avolja, bla dubju, min jintlaqat minnha jaħseb mod ieħor. Hi miżura bażika li nsibuha fid-demokraziji kollha. Tajjeb li, for the record, ngħid ukoll li Alternattiva Demokratika ġiet effettwata minn din il-mizura. Dan billi għandna diversi persuni validi li ma setgħux jibqgħu attivi minħabba li ħadu ħatriet fi gradi għoljin fis-settur pubbliku. Dan m’għamluħx biss għax hekk kien xieraq, imma niftakar ċar każ partikolari fejn mill-OPM fl-2008/9 kienu għamlu l-ġimgħat jiġru wara uffiċjal ta’ Alternattiva Demokratika biex jassiguraw ruħhom li kien ser iwaqqaf il-ħidma politika tiegħu. Kienu ukoll għamluha ċara ħafna: li jekk ma jitlaqx il-ħatra politika ma setax ikompli fl-impieg!

Ikun tajjeb li l-PN jifhem dan u jimxi miegħu ukoll.

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s