L-għawm fil-Bajja s-Sabiħa ta’ Birżebbuġa

pretty-bay

 

Il-ġimgħa l-oħra kellna żewġ inċidenti fil-Freeport.

L-ewwel inċident seħħ it-Tnejn 8 ta’ Ġunju meta ntlaqat container li nfaqa’ u parti mill-kontenut likwidu tiegħu spiċċa l-baħar. Sal-Ġimgħa 12 ta’ Ġunju, tard fil-għaxja, l-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu għadhom sejrin bil-ħidma ta’ tindif. Sadanittant il-Bajja s-Sabiħa baqgħet magħluqa sakemm it-testijiet tal-kwalità tal-ilma baħar li qed isiru mid-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali jagħtu riżultati tajbin, ċjoe li jista’ jsir l-għawm.

Sadanittant kellna inċident ieħor u s-Sibt waranofsinnhar sitt ħaddiema tal-Freeport iddaħħlu l-isptar bħala prewkazzjoni minħabba rwejjaħ ta’ gass li x’aktarx ikkawżaw uġiegħ ta’ ras u dardir.

Fortunatament ftit li xejn kellna inċidenti ta’ din ix-xorta, u dan  minħabba li kemm il-management kif ukoll il–ħaddiema tal-Freeport jaħdmu sewwa u bil-galbu. It-taħriġ kontinwu li jingħata lill-ħaddiema kollha tal-Freeport, kif ukoll l-apparat addattat li jintuża jgħinu biex inaqqsu l-possibilità ta’ inċidenti. Imma huwa inevitabbli li iktar ma jiżdied ix-xogħol fil-Freeport [u bl-estensjoni tal-Freeport, ix-xogħol ser jiżdied] tiżdied ukoll il-probabiltà ta’ iktar inċidenti.

Ma dan trid iżżid ukoll il-ħidma bil-gass tal-Power Station ta’ Delimara. Faċċata tal-Bajja s-Sabiħa suppost li jkollna tanker permanenti fil-Bajja ta’ Marsaxlokk biex fih jinħażen il-gass. Bejn tmien u tnax-il darba fis-sena jidħol ukoll tanker ieħor biex iġib iktar provisti ta’ gass.

Jiġifieri fil-bajja l-problemi ser jiżdiedu mhux ser jonqsu.   Ma noħodiex bi kbira li l-ġranet li fihom ma jkunx possibli li jsir l-għawm fil-Bajja s-Sabiħa ukoll ser jiżdiedu. L-inċidenti tal-ġimgħa l-oħra huma indikazzjoni ta’ x’hemm lest għalina.

Dan hu l-prezz ta’ dak li uħud isejħulu progress jew żvilupp. Huwa l-prova ta’ kemm kellhom raġun dawk kollha li opponew l-estensjoni tal- Freeport.

Advertisements

One comment on “L-għawm fil-Bajja s-Sabiħa ta’ Birżebbuġa

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s