Għada l-Ħadd, fiż-Żonqor, f’Marsaskala, ser jinstemgħu dikjarazzjonijiet dwar kemm il-Partit Nazzjonalista għandu l-ambjent għal qalbu. Forsi ukoll ikollna dikjarazzjonijiet dwar kemm dan il-PN irid u fi ħsiebu jipproteġi ż-żona barra l-linja tal-iżvilupp (l-ODZ).
F’kull rokna ta’ Malta għandna x-xhieda ta’ kemm, meta kellu l-opportunità, l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern mexa mod ieħor. Kemm art ODZ ingħatat ghall-bini.
Il-passat ma jgħaddix, ma jintesiex. Għax għadna nbatu l-konsegwenzi tiegħu.
Il-kredibilità bil-mod biex tiksibha lura.
Il-ġimgħa l-oħra qalulna : “l-ambjent hu l-futur tal-PN.” Jiġifieri, l-PN għandu quddiemu l-opportunità biex jieħu rikba tajba minn fuq l–ambjent!
Lil min tafu m’hemmx għalfejn tistaqsi għalih.
veritá
Verita kemm trid, l-izjed ghal dawk l-4 NGOs li ghadhom fil-Qorti jiggieldu ir-Rationalisation Scheme tal-2006, wild ta’ Gorg Pullicino u l-gvern nazzjonalista, Att li
nehha izjed minn 2 miljuni metru qwadru mill-ODZ. B’dana kollu, fis-sitwazzjoni presenti, bil-PM Muscat ihabbar progett ODZ fil-gimgha — bil-makkjavellizmu kollu tieghu e.g. “l-zball (sic) tal-kumpanija Charles Taylor li kixfet il-pjanijiet ghas-Simar tal-Qala” — ma nahsibx li jaghmel sens li wiehed iwwarrab il-PN ghal kollox bhal issa, imhabba ir-rekord imcajpar li ghandu fuq l-ambjent. Ta’ min jiftkar li l-PM ghandhu kwazi il-karti kolla (tal-poter) f-idejh. Kontra l-Panzers tieghu nehtiegu li nhaddmu kull arma, anki dawk provduti minn Dr. Faust, li kienu jsejhulhom Panzerfaust.