Il-konkos ta’ Mater Dei

mater_dei

Dak li qed jintqal dwar il-konkos ta’ Mater Dei hu gravi ħafna.

Mhux biss għax mir-riżultati tekniċi qed jirriżulta illi l-konkos użat kien wieħed inferjuri. Imma fuq kollox għax qed jingħata l-messaġġ ċar li l-kontrolli interni li kien hemm f’sit ta’ kostruzzjoni tal-kobor tal-isptar Mater Dei, ma ħadmux.

Qed jingħata messaġġ ieħor gravi ħafna: li hemm irregolarità kbira li seta kien hemm min kien jaf biha u ipprova jostora.

Għax meta jinġieb il-konkos fuq sit ta’ dan il-kobor jittieħed kampjun li wara jintbagħat fil-laboratorju biex tiġi ivverifikat is-saħħa tiegħu. Wara 28 ġurnata suppost li l-managment tas-sit kien konxju tar-riżultati dwar is-saħħa tal-konkos. Għax inkella x’jiswa’ l-biżibilju periti u tekniċi oħra li kienu impjegati biex jagħtu servizz fuq is-sit u li tħallsu flejjes tajba għal snin kbar biex propju jagħmlu l-kontrolli u l-verifiki neċessarji?

Il-mistoqsijiet ewlenin li għalija jeħtieġu tweġiba huma:

  1. saru t-testijiet tal-konkos?
  2. min irċieva r-riżultati mill-laboratorju dwar dawn it-testijiet?
  3. x’ħareġ minn dawn ir-riżultati ?
  4. x’passi ittieħdu wara li ġew eżaminati r-riżultati dwar is-saħħa tal-konkos?

Qed nistenna l-konklużjonijiet tal-inkjesta immexxija mill-Imħallef Philip Sciberras li nittama li fosthom insib risposta għal dawn il-mistoqsijiet bażiċi.

Huwa wara li jkollna dawn it-tweġibiet li nistgħu nikkunsdraw xi ftehim sar bejn l-FMS [Foundation for Medical Services] u l-kumpanija Skanska.  Iżda jkun tajjeb li qabel ma nikkummentaw dwar dan il-ftehim inkunu nafu l-kliem eżatt tiegħu għax dan jista’ jagħmel differenza kbira.

Sadanittant ikun għaqli li jieqfu l-ispekulazzjonijiet għax dawn m’huma ser isolvu xejn. Meta l-fatti jkunu magħrufa jkun stabilit ukoll min ikkontribwixxa biex seħħew dawn il-fatti. Imbagħad ikun possibli li kull min kellu responsabbiltà jerfa’ dak li jmissu.

Nittama biss li ma jiġrix bħas-soltu u jintefa l-piż fuq iż-żgħir.

Fuq dan il-blog dwar l-istess suġġett ara:

Skanska u Tonio Fenech dwar il-konkos f’Mater Dei.

Mater Dei: Ir-responsabbiltà ta’ Tonio Fenech hi li tingħata spjegazzjoni.

 

Advertisements

One comment on “Il-konkos ta’ Mater Dei

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s