Fid-diskussjoni pubblika li għaddejja dwar l-Università taż-Żonqor f’Marsaskala nieħu pjaċir nosserva li ħafna illum qed iqiesu ruħom bħala li huma favur l-ambjent. Dan irrispettivament mill-passat li ġejjin minnu. Inkluż passat li jikkuntrasta mal-posizzjonijiet li jieħdu llum.
Il-passat għadda, jgħidulek. Spiċċa.
Verissimu. L-passat għadda.
Imma min jinsa’ l-passat ikun qed jikkundanna lilu innifsu biex jerġa’ jgħixu. Għax għandu ħabta kif jirrepeti ruħu dan l-imbierek passat!
Fi ftit kliem hu faċli li l-Partit Nazzjonalista jiskopri kuxjenza ambjentali waqt li qiegħed fl-Opposizzjoni. Ir-realta hi li meta l-iktar kellu bzonnha din il-kuxjenza ambjentali ma kienet tidher imkien!
Opportuniżmu? Ma tarax! Probabbilment li konverzjoni! Din hi r-realta’ tal-ħajja! Il-PN wiċċu u sormu xorta.
Din il-kwistjoni tmur ħafna ‘lil hinn ms-sempliċi ambjent. Hemm il-qerq, il-gideb, il-kuntratt li ħadd ma jaf x’fih, is-suspetti ta’ korruzzjoni, s-suspetti li dan il-Ġordaniż għen finanzjarjament lill-PL fil-kampanja elettoali, l-Istandards universitarji li tbaxxew apposta, il-konflitt ta’ interess tal-avukat Deguara, l-ispekulaturi ta’ żmien Lorry Sant, eċċ.
Bir-rispett kollu lejn Graffiti, Friends of the Earth, FAA u oħrajn, dawn huma issues ħafna iktar ikkomplikati u jkun diffiċli li NGOs isibu tarfhom waħedhom. Ma ngħidx li AD ma tistax tagħti kontribut imma hemm bżonn tar-riżorsi politiċi ikbar ukoll.
L-intriċċi jinżlu fil-fond ħafna.