Il-prijorità li Joseph qatt ma kellu

Labour u l-Ambjent

Wara l-froġa tal-Cafè Premier, Joseph kien qalilna li l-affarijiet setgħu saru aħjar. Kien għadu qed jitgħallem!

Issa reġa’ għaffiġha.

Wara li s-soċjetà ċivili għal darba oħra semmgħet leħinha, Joseph qed jitlob li l-pubbliku jindikalu siti alternattivi fejn jista’ jpoġġi l-Universita “Amerikana”.  Qed iħokk rasu biex jara jsibx sit flok iż-Żonqor! Dan minkejja li gie dikjarat li intagħzlet l-art ODZ għax din tiswa’ inqas! Qalulna li kieku l-art tiswa’ iktar il-proġett ma jkunx vijabbli, jiġifieri l-investitur iħoss li ma jagħmilx biżżejjed qliegħ!

Fid-diskussjoni li għaddejja fil-pajjiż diġà ssemmew diversi siti. Uħud huma addattati iktar minn oħrajn!

Din x’serjetà hi li wara li tiddeċiedi u tkun ankè iffirmajt ftehim preliminari taparsi tikkonsulta? Konsultazzjoni bis-serjeta kienet tkun ferm differenti.  Gvern serju  kien jaħdem differenti.

Fuq is-sit elettroniku tal-uffiċċju tal-Prim Ministru Muscat qed jitlob proposti mill-pubbliku għal siti alternattivi għaż-Żonqor liema siti jridu josservaw 5 kriterji :

  1. jkunu fis-“South”,
  2. jkunu użabbli bħala Università internazzjonali,
  3. li l-qies tal-proposti jkun ta’ madwar 90,000 metru kwadru, avolja l-Gvern lest li jikkunsidra li dawn ikunu mqassma fuq iktar minn sit wieħed,
  4. li biex titwassal l-infrastruttura neċessarja fis-sit identifikat ma jkunx hemm bżonn interventi kbar,
  5. li s-siti ma jkunux soġġetti għal protezzjoni ambjentali, b’mod partikolari protezzjoni li tirriżulta minn Direttivi Ewropej (jsemmi tlett eżempji: Habitats Directive, Birds Directive, Water Framework Directive).

Issa kieku Muscat nieda din il-konsultazzjoni qabel ma iddeċieda kont bla dubju ngħid li kien ikun pass tajjeb. Imma li mexa b’dan il-mod wara li l-opinjoni pubblika ġabitu dahru mal-ħajt, il-proċess  jista’ jkun deskritt biss bħala farsa.

 

Fi ftit kliem dan mhux eżerċiżżju ta’ konsultazzjoni, iżda wieħed ta’ damage control.  Joseph qed ifittex li jsewwi l-ħsara li għamel billi għal darba oħra għaffeġ. Għax nesa li suppost għall-Labour fil-Gvern l-ambjent kellu jkun prijorità.

Għax ngħiduha kif inhi issa ma setax jibqa’ jgħidilna li l-affarijiet setgħu saru aħjar. Għax it-tweġiba ovvja tkun: kemm ser iddum ma titgħallem?

Il-billboard ta’ Audrey Harrison hu ħafna l-bogħod mill-prijorità ta’ Joseph. Għax l-ambjent qatt ma kien prijorità ta’ Joseph. Kieku l-ambjent kien prijorità għal Joseph, kien jibda mill-ewwel fuq sieq tajba!

Advertisements

One comment on “Il-prijorità li Joseph qatt ma kellu

  1. Re: il-Water Framework Directive: xi ftit xhur ilu kien hemm proposta minn wiehed tal-familja Gaffarena biex jibni mhazen fuq medda art ta’ xi 55,000m2 fl-inhawi ta’ Ta Kandja. Art f’dawk l-inhawi, zgur li hi “catchment area” ghal Ta’ Kandja. Tista’ tigi mghottija bil-konkos? Jew il-Water Framework Directive skoprih issa Johann Buttigieg?

    Ir-risposta ta’ hafna nies, inkluz nies ta’ FoE, ghal “website” tal-PM Muscat fejn wiehed seta jissuggerixxi siti alternattivi ghaz-Zonqor kienet wahda ta’ zuffjett. Billi ma narax li hemm x’titlef jekk taghmel suggerimenti, l-akar ghax kif ghidt int jidher bic-car li dan hu “a damage control exercise”, nahseb li ahjar kieku jkun hemm risposta izjed posittiva.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s