Il-bluff tal-PN dwar l-ambjent

marthese portelli + george pullicino

Il-PN qed jipprova jiġbor ġieħu. Qed jitkellem u jipprova jagħti l-impressjoni li l-għandu l-ambjent għal qalbu.

Qed ixerred id-dmugħ tal-kukkudrilli dwar l-ODZ. Il-PN ma jaqbilx mal-bini barra miż-żona tal-iżvilupp (fl-ODZ) tgħidilna l-kelliema tal-PN dwar l-ambjent Marthese Portelli bi kważi d-dmugħ f’għajnejha.

Sadanittant imma l-PN jibqa l-partit li fiż-żmien li għamel fil-Gvern għamilha possibli biex isir bosta bini barra miż-żona tal-iżvilupp.

Fl-artiklu tal-bieraħ fuq dan il-blog semmejt iż-żewġ miljun metru kwadru ta’ art ODZ li saru tajbin għal bini bil-barka tal-PN fil-Gvern.

Imma hemm bosta iktar eżempji.

Tiftakru meta twaqqgħet il-Lukanda Solemar fil-Marfa u l-binja li telgħet flokha kienet ferm ikbar milli kien indikat fil-permess? Dakinnhar l-iżviluppatur kien bena bla permess fuq art pubblika, ukoll barra miż-żona tal-iżvilupp. Il-Gvern immexxi mill-PN (direttament jew permezz tal-MEPA) flok ma applika l-liġi u waqqa’ l-bini bla permess, sab “soluzzjoni” billi wara ħruġ ta’ “sejħa għall-offerti” irranġa kollox. Anke dakinnhar  l-arroganza rebħet billi l-Gvern baxxa rasu quddiem min ħataf l-art u abbuża. Dakinnhar ukoll art ODZ inbniet u l-Gvern immexxi mill-PN ma tniffisx ħlief biex jikkoopera ma min seraq l-art pubblika.

Smajtu f’dawn il-ġranet dwar il-bini tad-diversi friegħi tal-Lidl, b’mod partikolari dawk ta’ Ħal-Safi u Ħal-Luqa li t-tnejn inbnew f’żoni ODZ ukoll fi żmien Gvern immexxi mill-PN. Fl-2008 Alternattiva Demokratika kienet semmgħet leħinha dwar il-każ. Ara hawn dak li ktibt dakinnhar.

Nista’ nibqa’ sejjer, u ma nispiċċa qatt.

Dawn huma kollha dnubiet ambjentali li ma nħafrux u l-anqas ma ntesew bħala riżultat tal-aħħar elezzjoni ġenerali. Għax għadna nbatu l-konsegwenzi bħala pajjiż. Ser nibqgħu nbatu l-konsegwenzi, u l-PN li kien il-kawża ta’ dan kollu frisk bħal ħassa, jidhirlu li l-Passat għadda u mar.

Mhux jien, jgħid Simon Busuttil. Mhux jien tgħid Marthese Portelli.

Imma sadanittant lil dak li kien responsabbli biex idderiġa din il-ħerba, lil George Pullicino, ħbewħ u issa tawħ l-inkarigu ta’ kelliemi tal-Opposizzjoni għal Kindergarten.

Il-passat ambjentali tal-PN ma nistgħux ninsewh. Għax mhux biss ħarbat il-preżent iżda għamel il-futur ta’ dan il-pajjiż iktar diffiċli.

Meta tqis dan kollu, d-dmugħ tal-kukkudrilli tal-PN dwar l-ambjent hu kollu bluff. Il-passat tagħhom hu mera tal-futur. Kważi ħamsa u għoxrin sena huma iktar minn biżżejjed biex juruna dak li fil-fatt jemmnu.

Il-Labour huma agħar minn hekk, kif qed naraw u ilna naraw ġimgħa wara l-oħra minn Marzu 2013 sal-lum.

Fi ftit kliem, m’hemmx x’tagħżel bejniethom!

Advertisements

3 comments on “Il-bluff tal-PN dwar l-ambjent

  1. Forsi huwa l-waqt ukoll li nsemmu lil awtoritajiet ekklezjastici li wkoll bnew kemm Alla halaq binjiet fuq art pristinja u agrikola, ODZ jew le e.g. Dorotej f’Haz-Zebbug, Porzjunkola Bahar ic-Caghaq, San Guzepp ta-Targa, Tas-Silg, etc. M’inix daqs tant intiz fuq is-South ghax ma tantx baqa’ art pristina u agrikola! U dawn applikaw ghal aktar!!

  2. 1. X’inhu il-kas ta’ Smart City? Il-bierah fuq Times Talk Evarist qal kemm il-darba li Smart City nbena fuq art ODZ. Hadd ma ikkontradixxieh. Jien hsibt li l-bicca l-kbira ta’ l-art ta’ Smart City kienet ta’ Industrial Estate mitluq.
    2. Ta min isemmi li tlett NGOs ghadhom fil-Qorti b’kawza kontra ir-Rationalisation Act tal-gvern PN.
    3. Ser nikteb lill Kurja biex nissuggerixxi li dik l-applikazzjoni ghal skola tal-knisja fl-ODZ hdejn Hal-Ghaxaq, li ilha tistenna 8 snien xi hadd qal, tigi irtirata.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s