Bl-iktar mod solenni waqt l-aħħar kampanja elettorali Joseph Muscat wiegħed li l-Labour fil-Gvern mhux ser imiss il-linja tal-iżvilupp. B’mod partikolari waqt laqgħa mal-kuntratturi (li uħud isejħu lilhom infushom żviluppaturi) u mal-Periti kien wiegħed li mhux bi ħsiebu jmiss il-linja tal-ODZ.
Bil-proposta ta’ żvilupp ta’ l-Università taż-Żonqor Muscat mhux ser imiss il-linja tal-ODZ iżda ser jinjorha kompletament.
Fejn jidħol l-ambjent Joseph paroli biss. ABŻ mill-ODZ.
Perit – għandi rispett kbir lejk u lejn dak li tirrappreżenta.
Nixtieq ħafna li kieku rajt dan il-moviment kontra l-Lidls taċ-Ċaqnu f’ODZ. Jew forsi kontra skejjel (pubbliċi u privati) f’ODZ. Jew anke kontra xi ċimiterju f’Għawdex.
Kieku kultant int, jew nies oħra li qed isemmgħu leħinhom, ma kontx ABŻ mill-ODZ, kont tuża l-istess kejl dejjem. M’iniex se ngħidlek paroli biss. Imma nixtieq li xi darba tkun f’pożizzjoni fejn tiehu deċiżjoni fejn kull ma tmiss jaqta’ u joħroġ id-demm.
Skantajt ma rajtekx għal-laqgħa ta’ Simon Busuttil. Dik kienet tassew kostruttiva b’ideat ġodda kif se nattiraw l-investiment u ma mmissux l-ODZ, għax Simon illum mhux ABŻ mill-ODZ. Ara meta kellu ċans żgħir jinfluwenza deċiżjoni, influwenzaha billi waqqaf petizzjoni demokratika fil-Parlament Ewropew kontra l-impjant tar-riċiklaġġ taż-żibel f’Wied il-Għajn. Ara għaż-żibel, Wied il-Għajn tajjeb. Għal Universita, mhijiex.
Rajt ħafna min tkellem. Ħafna minnhom huma ġenwini.
Iżda rajt l-oqbra mbajda wkoll. Dawk li jgħixu f’vilel ODZ u jibagħtu lil uliedhom fi skejjel privati jħallsu belli liri biex uliedhom igawdu arja nadifa bejn għalqa u oħra. Ma jibagħtuhomx fi skola fil-Marsa jew l-inħawi jibilgħu d-duħħan tal-power station tal-Marsa… e bilħaqq… żomm naqra… il-power station tal-Marsa għalaqniha. Fejnhom il-movimenti jifirħu għal din il-kisba għat-tfal tan-naħa ta’ isfel?
Iżda mhux kollox mitluf. Kif għedt ftit tal-ħin ilu int fuq xi post x’imkien fuq il-media soċjali, pajjiżna qed jinbidel. Għandek raġun. Pajjiżna qed iħaddem id-demokrazija u l-vuċi tal-poplu tinstema tassew.
Il-proċess ta’ studju serju ta’ siti alternattivi għandu jkun wieħed tassew demokratiku. U hekk se jkun. J’alla tkun fost dawk li tipparteċipa. J’alla tkun fost dawk li l-ewwel iġġib f’moħħok l-ambjent, imma fl-istess ħin tara li n-naħa ta’ isfel tal-pajjiż jiehu dak li tassew ħaqqu. Investiment sostenibbli li jġib il-ġid tassew, mhux iż-żibel tal-bqija tal-pajjiż.
Grazzi tal-kontribut tiegħek fis-soċjeta’. Nappellalek biex ma tintużax u ma tħallix lil min jintuża sempliċiment għal skopijiet short term gain ta’ uħud.
Għażiż Kurt,
Ankè jiena nixtieq li l-bieraħ kien hemm inqas Maltin li kienu ABŻ mill-ODZ Kif tgħid tajjeb fost dawk li l-bieraħ kienu ABŻ mill-ODŻ kien hemm Simon u l-PN. Għalhekk ġustament kull ma qal u qiegħed jgħid Simon f’dan is-sens jiena nieħdu b’niskata melħ.
Peró la jiena, la Alternattva Demokratika u l-anqas l-għaqdiet ambjentali ma konna assenti fil-passat meta l-Gvernijiet l-imgħoddijja ħadu l-istess tip ta’ deċiżjonijiet li qed jittieħdu illum.
Fuq dan il-blog li jmur lura sa Jannar 2008 issib ħafna mill-każijiet. Mhux biss dawk li issemmi inti imma ukoll oħrajn.
Fosthom il-Power Station tal-BWSC, l-impjant tar-riċiklaġġ ta’ Wied il-Għajn, il-Lidl ta’ Ħal-Safi, il-pjan ta’ razzjonalizzazzjoni tal-art li bih parti mill-ODZ ma baqgħetx ODZ u tant affarijiet oħrajn.
Ta’ dan kollu, ħafna, inkluż jiena, ġejna diskriminati w imwarrba.
Inti taf direttament b’ħafna minn dan għax inti stess diversi drabi bħala ġurnalist irrappurtajt press conferences tiegħi ta’ AD u tal-għaqdiet ambjentali. Żewġ eżempji dwar dan fuq dan il-blog mix-xahar ta’ Frar 2008:
16 ta’ Frar 2008 : Impjant ta’ riċiklaġġ ta’ Sant Antnin.
https://carmelcacopardo.wordpress.com/2008/02/16/l-impjant-ta-sant-antnin-marsaskala/
28 ta’ Frar 2008 : Lidl ta’ Ħal-Safi.
https://carmelcacopardo.wordpress.com/2008/02/28/l-audit-officer-tal-mepa-jaghti-ragun-lill-alternattiva-demokratika/
Perit, ma għandix dubju mill-kredenzjali tiegħek. Dejjem kont konsistenti. Inzertajt semmejt żewġ każijiet li baqgħu għaddejjin bħal gafef u b’ebda mod ma huma xi Universita’.
Dak hu l-punt li qed nagħmel. Illum haw djalogu miftuħ. Nilqgħuh u nikkunsidraw kollox.
Finalment xi ħadd irid jieħu deċiżjoni.
Biex tispjega ruhek m’hemmx ghalfejn taqqa daqshekk fil baxx. Lanqas stenejta min ghandek.
Ghad-djuqija l-ewwel niehdu…
Kurt irid ipingi lill-PM bhala vittma. Waqt li jaghmel dan jikkontradici lilu nnifsu.
Fl-ewwel risposta Kurt jghidlek:
“Kieku kultant int, jew nies oħra li qed isemmgħu leħinhom, ma kontx ABŻ mill-ODZ, kont tuża l-istess kejl dejjem. ”
Fit-tieni risposta jghidlek;
“Perit, ma għandix dubju mill-kredenzjali tiegħek. Dejjem kont konsistenti.”
Kurt impjegat tal-ufficcju tal-prim Ministru. Jiflah ikun inkompetenti iktar minn hekk ?
Ommi Ma xi djuq għax semmejna ABZ! Li rrid ngħid li minkejja li nivvota lil-Labour bħalma għamilt fl-aħħar elezzjoni, jien ili nsegwi lill-Perit u l-AD u qatt ma naf li ħallew xi ħaġa għaddeja u bħali, l-ħin kollu jikkritikaw il-MEPA li għandha tort kbir fil-qirda ta’ l-ambjent f’pajjiżna u fit-tnaqqir ta’ l-ODŻ. Ma stennejtx li l-Labour se jiġi ABŻ daqshekk mill-ambjent għax jien niftakar ukoll il-wegħdi li l-ODŻ mhux se jintmiss u ħlief bini u żvilupp fl-ODŻ mhux nara. Wasal iż-żmien li l-Partit jagħti każ il-Laburisti ambjentalisti u mhux lill-kaċċaturi, nassaba u l-kutratturi li moħħhom biss fl-interessi tagħhom u jiġu ABŻ mid-dannu ambjentali li jagħmlu.
David,
Il- PN u l-MLP qatt ma taw prijorita lill-ambjent u jmissek tinduna li min jivvota lilhom jivvota sabiex jirrovina l-ambjent. It-tnejn li huma jparlaw hafna izda fil-fatt huma kompletament ABZ mill-ambjent. L-ambjentalisti qatt ma huma sa jsibu sostenn veru fiz-zewg partiti l-kbar.
Nghid ghalija, jien bhal hafna ohrajn domt wisq biex indunajt li z-zewg partiti l-kbar qeghdin hemm biex jghaddu z-zmien bil-poplu. Nispera li mhux tard wisq sabiex insalvaw il-ftit li fadal.