Negozju mill-edukazzjoni

euros2

Il-ftit art li għandna irridu nħarsuha. Ma nistgħux għalhekk immexxu l-quddiem proġetti li jibilgħu iktar art.  90,000 metru kwadru ta’ art mhux ċajta!

L-unika mod kif l-idea ta’ negozju mill-edukazzjoni  għall-barranin [għax dik fil-fatt hi l-proposta li ġiet imlaqqma Università Amerikana]  tista’ tkun implimentata hi billi naraw x’art użajna diġa u nfittxu kif nistgħu naddattawha jekk dan hu possibli.

Huwa żball oħxon li nfittxu proġetti li jirrikjedu riżorsi naturali li m’għandniex biżżejjed minnhom.

Kull proġett li jinvolvi bini ta’ art li s’issa mhiex mittiefsa hu problematiku.

Għalhekk l-opposizzjoni għall-użu tal-art taż-Żonqor. In-negozju mill-edukazzjoni ma jiġġustifikax li nissagrifikaw iktar art.