L-Università Amerikana taż-Żonqor: ittra anonima

Hisilicon K3

 

Illum irċevejt ittra anonima dwar l-art li qed tiġi proposta għall-Università Amerikana taż-Żonqor.

L-ittra ppubblikata hi sħiħa kif irċevejtha, ħlief għaż-żewġ ismijiet ta’ negożjanti li għalissa qed inħalli barra.

Dak li tgħid din l-ittra hu inkwetanti ħafna. Il-Gvern għandu l-obbligu biex jispjega kif wasal biex identifika din l-art li fuqha qed jipproponi li jsir l-iżvilupp tal-Università Amerikana taż-Żonqor.

Sadanittant l-iskandlu taż-Żonqor ikompli jikber. Għaliex intagħżlet din l-art?