Ġiovanna Debono u s-Segretarju Permanenti

Gozo Ministry

Il-każ dwar żewġ Ġiovanna Debono li dwaru tressqu akkużi fil-Qorti tal-Maġistrati jixraq li jieħu l-kors tiegħu. Il-Pulizija tressaq il-provi tagħha u wara li dawn il-provi jkunu mgħarbla mid-difiża u mill-Qorti tingħata sentenza mill-Qorti tal-Maġistrati.

Il-każ huwa dwar klijenteliżmu, fejn qed jiġi allegat illi intefqu flus pubbliċi biex isiru xogħolijiet li ma kellhomx isiru. Qed jintqal li min ibbenefika minn dawn ix-xogħolijiet ħallas lura bil-vot tiegħu.

Fil-waqt li rridu nistennew, kif ġja għidt, biex jitressqu l-provi u dan ħalli jkun stabilit jekk dak li qiegħed jintqal hux minnu jew le, jkun xieraq li nżommu quddiem għajnejna illi s-settur pubbliku għandu mekkaniżmi interni ta’ kontroll illi, jekk jaħdmu sewwa jagħmluha diffiċli illi jseħħu każijiet bħal dak li beda kontra r-raġel ta’ Ġiovanna Debono.

Niftakru imma li hemm bosta li l–kontrolli fuq l-infieq u fuq l-amministrazzjoni  fis-settur pubbliku jarawhom burokrazija żejda.  F’Għawdex stess kien hemm Segretarju Permanenti li kien mitlub illi jirtira qabel iż-żmien minħabba illi ma kienx kompatibbli mal-Ministru ta’ dakinnhar, l-Onorevoli Ġiovanna Debono.

Fuq dan il-blog, f’Marzu li għadda ppubblikajt blogpost bit-titlu: Fil-Ministeru għal Għawdex: is-Segretarju Permanenti Frank Psaila.  Dak il-kaz kont iddeskrivejtu bħala inkwetanti minħabba li Psaila kien qed jilmenta illi kellu indħil politiku li minħabba fih ma setax jaqdi kif inhu xieraq id-doveri tiegħu ta’ Kap taċ-Ċivil f’Għawdex.

Fid-dawl li dak li għaddej bħalissa, l-każ ta’ Frank Psaila jassumi sinifikat ikbar.

Min għandu widnejn ħa jisma’.

2 comments on “Ġiovanna Debono u s-Segretarju Permanenti

    • Naqbel miegħek perfettament Vince. Bl-iskuża tal-burokrazija żejda hemm min irid ineħħi l-burokrazija kollha! Il-kontrolli amministrattivi huma neċessarji biex jassiguraw tmexxija tajba u skond ir-regoli.
      Li titnaqqas il-burokrazija żejda hu pass tajjeb. Imma dan m’għandux ikun paraventu għal aġenda oħra.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s