L-Università Amerikana taż-Żonqor u t-traffiku

MSkala.SLP.Environmental Constraints2

L-Università Amerikana taż-Żonqor s’issa hu ippjanat li tinbena barra miż-żona tal-iżvilupp fil-limiti ta’ Marsaskala.

L-art indikata hija prinċipalment art verġni, u hi art agrikola. Kif intqal, parti minnha hi zdingata għax fuqha intefa’ l-imbarazz, inkluż terrapien. Peró xorta tibqa’ art agrikola barra miż-żona ta’ l-iżvilupp.

Jekk din l-art tkun sviluppata inevitabilment irid ikun ikkunsidrat ukoll l-aċċess għaliha. Dan l-aċċess għal kull min jagħmel użu mis-servizzi ta’ din l-Università irid jinħoloq għax l-aċċess attwali mhux biżżejjed u adegwat għall-iżvilupp propost.

Biex dan isir ikun meħtieġ li jew jitwessgħu toroq eżistenti inkella jinfetħu toroq ġodda. It-traffiku ġġenerat  bil-fors ikollu jgħaddi jew minn ġo Marsaskala stess max-xatt sal-by-pass  inkella minn ġo Ħaż-Żabbar wara li jgħaddi mit-triq tal-wied.

X’ser ikun l-impatt fuq Ħaż-Żabbar u Marsaskala ta’ dan it-traffiku kollu? Ovvjament għad iridu jsiru l-istudji dettaljati dwar dan. Imma diġa jidher li din ser tkun uġiegħ ta’ ras ovvja li min ħa d-deċiżjoni dwar l-art għadu ma fehmx.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s