L-Università Amerikana f’Marsaskala: insalvaw il-ftit art li baqa’

 

MSkala.SLP.Environmental Constraints2

Il-Gvern qed jippjana li tinbena Università immexxija mill-Amerikani barra miż-żona tal-iżvilupp (ODZ)  f’Marsaskala. Qed jgħid li din ser tokkupa area ta’ madwar 90,000 metru kwadru (9 ettari). Aħna ta’ Alternattiva Demokratika naħsbu li l-art użata eventwalment ser tkun ferm ikbar milli qed jgħid il-Gvern, madwar id-doppju. Imma billi s’issa għad ma ġie ippubblikat xejn huwa diffiċli li tgħid b’ċertezza dwar x’inhu l-qies ippjanat.

Għad irid jittieħed ukoll konsiderazzjoni tat-toroq li jkunu meħtieġa illi jinbnew, kif ukoll tal-infrastruttura u servizzi neċessarji.

Din l-Universita’ hi ppjanata għan-naħa taż-Żonqor (ara pjanta ta’ hawn fuq, fiċ-ċirku aħmar) f’żona li hi waħda agrikola imma li hi viċin ħafna ta’ żona protetta, żona ekoloġikament sensittiva. Il-Gvern qed jgħid li l-art agrikola hi abbandunata, jiġifieri ilha ma tinħadem. Dan fil-fehma tiegħi ma jiġġustifikax li ma tibqax art agrikola. Hu argument ħażin li għax l-art m’għadhiex tinħadem għandna nikinsu l-ħamrija u nibnu minn flokha.

L-art agrikola f’Malta ilha tonqos is-snin. Ittieħdet wisq raba’ għall-bini tul is-snin.

Mhux korrett li jingħad li l-proġett hu wieħed edukattiv. Il-proġett hu wieħed ta’ negozju, fejn studenti barranin ser ikunu offruti tagħlim Universitarju bi ħlas. Ħlas sostanzjali. L-idea mhiex ħażina. Hi l-art identifikata mill-Gvern li mhiex addattata għal dan l-iskop.

Ikun iktar għaqli li jinstab sit alternattiv fejn l-idea tista’ tkun żviluppata. Hawn ħafna bini pubbliku abbandunat jew mhux użat li jista’ jkun riabilitat u jkun utli ħafna għall-użu bħala Università.

Imma ejja nħarsu ż-żona barra mill-linja tal-iżvilupp. Il-Gvern għandu jagħti l-eżempju. Għax jekk il-Gvern jibqa’ jiġi jaqa’ u jqum, kif nistennew li cowboys fl-industrija tal-bini ma jippretendux l-istess trattament?

Alternattiva Demokratika hi pożittiva dwar l-idea tal-proġett. Hi l-għażla li għamel il-Gvern dwar l-art li jrid jiżviluppa li m’hiex addattata.

Kif għidt dal-għodu fil-konferenza stampa ta’ AD dwar dan is-suġġett, jekk il-Gvern irid, Alternattiva Demokratika lesta li tagħti l-kontribut tagħha biex tgħin ħalli tkun tidentifikata art jew bini alternattiv fejn tista’ issir din l-Università fin-Nofsinnhar tal-pajjiż.

Irridu imma nifhmu darba għal dejjem li Malta ma tistax titlef iktar art. Il-ftit art li baqa’ jeħtieġ li nsalvawha.

(Nota: Il-pjanta ta’ hawn fuq hi meħuda mill-Pjan Lokali għan-Nofsinnhar ta’ Malta: Marsascala environmental constraints Map. Il-kulur oranġo jindika art agrikola filwaqt li l-kulur aħdar jindika art ta’ importanza ekoloġika jew siti ta’ importanza xjentifika.

Il-pjanta oriġinali tista’ issibha fuq is-sit tal-MEPA hawn.)

 

 

Advertisements

4 comments on “L-Università Amerikana f’Marsaskala: insalvaw il-ftit art li baqa’

  1. The type of establishment suggested — a private fee-paying university — carries implications for its total footprint. Students are likely to be mostly non-locals. Where will they lodge? If on campus, appropriate accomodation will be required. What subjects to be taught? Science subjects require laboratories. Will there be sports facilities? Again more area Then open spaces inside the “perimeter fence”, access
    roads cutting through the surrounding countryside, infrastructure to provide the necessary services: power, water, sewage.
    Presumably govt. will reveal details (of both campus and the “natural park” park) at the meeting on Monday pm that it has called with a number of NGOs

  2. i am also not happy about the fact that such a huge tract of land be taken over by america yet again, they already have a huge piece of land in ta qali for their embassy and i am quite worried that america wants a finger in the pie so to speak in malta and in the mediterranean!!

  3. Pingback: Is Chicago’s DePaul University aware it will be destroying Malta’s environment? | The Malting Pot

  4. Pingback: Is Chicago’s DePaul University aware it will be destroying Malta’s environment? | The Malting Pot

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s