Wara l-każ tal-ispanjulett milqut darbtejn li waqa’ fil-ground tal-iskola St Edward’s College fil-Birgu Joseph Muscat għalaq l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa għal din is-sena tlett ijiem qabel ma kien fil-fatt jagħlaq.
Kien ikun aħjar kieku Muscat spjega kif inhu possibli li jkun hemm min jispara lejn l-għasafar (protetti u mhux) fl-abitat u ħdejn skola.
X’kienu qed jagħmlu l-Pulizija biex f’dawn il-ġranet ma qabdu lil ħadd?
Possibli li ma qabdu lil ħadd fl-inħawi? Possibli li ħadd ma ċempel jilmenta dwar il-kaċċa fl-inħawi fuq 119?
Joseph Muscat irid idaħħaq, bħas-soltu.
jien ma nafx xhin ghalaq l-istagun tal-kacca imma illum wara nofsinhar barra l-hin soltu tal-kacca kont nimxi bil-kelba u smajt tiri ta senter!! fejn qed ikunu l-pulizija u kif ahna biss nisimghuwhom dawn it-tiri??
Amilr rapport ?? Ax ma nahsibx li l pulizija jistaw ikunhu kullimkien flistess hijn !!
hela ta flus fir referendum u nifqu hemm …..
Il-konsultazzjoni popolari qatt ma hi hela, la ta’ flus u l-anqas ta’ hin.
L-anqas ma hi hela ta’ hin li tipprova tfiehem lil min ma jridx jifhem, avolja ghal uhud dak hu l-vera hela ta’ hin.