Ir-referendum : dawk li ma vvutawx

referendum counting process

 

Smajt u qrajt diversi kummenti ta’ tmaqdir kontra dawk li ma ġabrux il-vot, inkella li ma vvutawx. Dawn il-kummenti fil-fehma tiegħi naħseb li huma inġusti. Għandna nirrispettaw l-għażla li għamlu dawn il-votanti wkoll.

Dawk li ma ġabrux il-vot, inkella kien għandhom u m’għamlux użu minn għandhom ir-raġunijiet tagħhom biex waslu għal din id-deċiżjoni. Raġunijiet li probabbilment ma naqblux magħhom, imma li għandhom kull dritt għalihom.

Hemm uħud minn dawn il-votanti li ma jaqblux mar-referendum fil-prinċipju. Dawn jidhrilhom li huwa l-Gvern, direttament inkella  permezz tal-Parlament , li għandu jieħu d-deċiżjonijiet. L-idea tal-parteċipazzjoni demokratika tal-poplu, għal dawn il-persuni, għaldaqstant, hi waħda limitata. Għax għalihom inti tista’ taqbel jew ma taqbilx mal-pakkett politiku kollu kif imfisser fil-manifest elettorali tal-partiti politiċi fl-elezzjoni ġenerali. Bejn l-elezzjonijiet, imbagħad, inti ma’ jkollokx vuċi.

Fil-parti l-kbira tagħhom, dawk li ma vvutawx dehrilhom li la kellhom jivvutaw IVA u l-anqas setgħu jivvutaw LE.  Probabbilment li waslu għal din il-konklużjoni għaliex ħadd ma ikkonvinċihom fuq l-utilità demokratika tal-parteċipazzjoni tagħhom. Inkella għax ma interessahomx li jsegwu d-dibattitu. Inkella dehrilhom li ma kellhomx ħin x’jaħlu dwar l-għasafar.

Kienet x’kienet ir-raġuni biex madwar 25% tal-votanti Maltin ma għamlux użu mid-dritt li jivvutaw għandna l-obbligu li nirrispettaw id-deċiżjoni tagħhom.

Aħna poplu li nħobbu nivvutaw. Għandna għatx kbir u kontinwu biex nipparteċipaw fid-deċiżjonijiet li jieħu dan il-pajjiż. Għalhekk ħafna ddejqu li 25% tal-votanti kellhom opportunità u ma għamlux użu minnha.

Imma għandna ukoll ikollna sodisfazzjoni illi fir-referendum abrogattiv tal-11 t’April ipparteċipaw 75% ta’ dawk li kellhom dritt. Fid-dinja demokratika dan hu persentaġġ għoli ħafna  parteċipazzjoni, iktar u iktar meta wieħed iqis li s-suġġett (il-ħarsien tal-għasafar fir-rebbiegħa) mhuwiex meqjus bħala ta’ xi importanza kbira mill-parti l-kbira tan-nies. Xi snin ilu, fl-Italja, f’referendum abrogattiv simili pparteċipaw madwar 42% tal-votanti, inqas mill-kworum rikjest ta’ 50%.

Imma l-kotra tal-votanti Maltin ipparteċipat għax għarfet illi din hi għodda demokratika importanti. Darba oħra, forsi, jkunu konvinti iktar votanti biex jipparteċipaw. Jiddependi minna jekk id-demokrazija tagħna għandhiex tibqa’ ħajja.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s