Daqquqa, venewwa ……. issa xi jmiss apparti l-ġabra?

lapwing.venewwalapwing.venewwa2

Il-bieraħ il-kaċċatur li qatel id-daqquqa fil-Manikata qal li ħasibha gamiema. Huwa u jitkellem ma Brian Hansford live fuq Realta qal li kien jaf li tal-Birdlife qed josservawh. Verament ħasibha gamiema qal: mela b’tal-Birdlife għajnejhom fuqu qatt seta’ jgħaddilu minn moħħu li jabbuża, qalilna live fuq it-TV?

Allura nstaqsi jiena għalfejn mar jiġri biex jipprova jaħbi id-daqquqa li qatel?

Illum mess venewwa fl-inħawi ta’ Ħal-Far. Fil-ħin li qed nikteb hemm persuna taħt arrest qed tiġi investigata. Issa naraw x’ser tagħmel il-Pulizija.

Dawn huma żewġ każi li dwarhom hemm rapport. Kulħadd qiegħed jistaqsi jekk hemmx każi oħra li dwarhom m’hemmx rapport.

Sadanittant waqt li l-qerda tkompli: l-kaċċaturi qed jagħmlu ġabra biex iħallsu l-multa tal-bierah. Il-multa  ta’ €2,500 li weħel il-kriminal li qatel id-duqqaqa. Iktar tard nimmaġina li jibdew ġabra oħra għal tal-lum!

Grazzi lil Joseph u lil Simon.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s