It-tlett partiti politiċi f’Malta ħadu posizzjonijiet kompletament differenti fir-referendum abrogattiv dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa.
Alternattiva Demokratika ġiebet flimkien l-għaqdiet ambjentali kollha u flimkien magħhom organizzat il-ġbir tal-firem li kienu meħtieġa biex ir-referendum ikun jista’ jsir. Sad-data tad-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Alternattiva Demokratika kellha rwol ċentrali fil-kampanja referendarja. Wara dik id-data dan ir-rwol ċentrali kif inhu xieraq għadda għand il-Birdlife. Alternattiva Demokratika baqgħet tinvolvi ruħa fil-preparamenti kollha meħtieġa.
Alternattiva Demokratika kien l-uniku partit politiku f’Malta li ikkampanja favur il-LE. Alternattiva Demokratika hi ukoll l-uniku partit politiku f’Malta li fil-programm elettorali għandu imniżżel ċar u tond li l-kaċċa fir-rebbiegħa trid tispiċċa.
Kif seta xi hadd jippretendi lil Joseph Muscat ma jaghmilx kampanja favur il-vot IVA meta fil-manifest elettorali laburista (pagna 103, Art 72) jinghad : “Naraw li jitjiebu r-regolamenti lokali fosthom li tkun garantita l-kacca sostenibbli fir-rebbiegha”.