Ir-referendum intilef b’2,220 vot.
124,214 votant ivvutaw favur il-ħarsien tal-għasafar, favur l-ambjent.
Jekk trid tivvota favur l-ambjent m’għandekx għalfejn toqgħod tistenna referendum. Għandek ukoll l-obbligu li tagħmel dan fl-elezzjonijiet l-oħra: dawk ġenerali u dawk lokali. Jekk trid tkun konsistenti anke f’dawk l-elezzjonijiet għandek tikkunsidra li tagħti l-appoġġ bil-vot tiegħek lil dawk il-partiti f’Malta li għandhom politika li tħares l-ambjent. Partit politiku wieħed hemm: Alternattiva Demokratika.
Joseph Muscat u Simon Busuttil qalu li ivvutaw IVA. Jekk inti ivvutajt LE, għaldaqstant, ma tistax tkun konsistenti jekk wara d-dikjarazzjonijiet tagħhom tibqa’ tappoġġa lill-partit tagħhom.
L-ambjent niddefenduh dejjem mhux fir-referendum biss.
Inkella il-vot tal-LE il-bieraħ kien biss biex isserraħ il-kuxjenza.
I think there’s a mistake in District 7 Valid votes. I think it should be 21,227. Thanks.
Dak hu ir-rizultat fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni Elettorali. nahseb li hemm zball tat-typing!
Hekk jidher!
Tgħid mhux ser naħli l-vot tiegħi fuqkom…L-anqas kampanja għal le ma’ kontu kapaċi torganiżżaw…Jien ivvotajt Le u kburi ,,imma dan għamiltu għax inħobb l-għasafar mhux għax ikkonvinċejtuni intom…Kieku verament kontu serji tħallu f ‘idejn Saviour Balzan biex imexxi l-kampanja tagħkom…Grazzi Saviour ,,qdejtu tajjeb lil Joseph Muscat…
Fl-opinjoni tieghi Frans il-vot mohli hu vot moghti lill-Partit Nazzjonalista tal-lum. Imma kif ghandek kull dritt inti tahsibha mod iehor.
Forsi mhux kull min ivvota LE huwa fi stadju li jikkonsidra l-AD.
Imma talanqas dawk il 41000 li ffirmaw il-petizzjoni, ma baqghalhom l-ebda triq ohra hlief li jappoggjaw bil-vot taghhom lil AD. Jekk il-politici dejjem kienu laghaqa ta 50elf vot tal-kaccaturi, issa jistghu jifmhu li hemm 41000 vot li lesti li jwerzqu l-karba taghhom favur l-ambjent.
Jghidu li l-AD ma taghmel xejn.
Hekka veru !
Bis-sahha tal-AD(u l-hidma tal-gbir tal-firem)….rajna;
L-kaccaturi jibnu skola fl-Afrika.
Il-kelliema taghhom jilbsu d-dublett.
Il-gvern u l-oppozizzjoni juru qbil ma xulxin , u ghaqda Nazzjonali li qatt qabel ma konna rajna bhalha.
Dahlet (nittamaw) il-mentalita’ ta awtodixxiplina lejn il-ligijiet ezistenti.
U dan minkejja li l-AD ghad m’ghandiex rapprezentanza parlamentari.
Immaginaw x’tista taghmel l-AD kieku l-poplu jafdalha vot aktar massicc.
To Govern you need more then an Environmental agenda.