Qed nikteb dan l-artiklu ftit qabel ma jibda l-jum tal-Ġimgħa. Jum ir-riflessjoni. Nirriflettu dwar dak li smajna matul l-aħħar ġranet, ġimgħat u xhur.
Kif wasalna s’hawn?
Wara snin twal li fihom il-kaċċaturi mexxew lill-Gvern Malti minn imnieħru kellhom ikunu l-firem ta’ 41494 il-ċittadin Malti li poġġew il-kaċċa fir-rebbiegħa fuq l-agenda nazzjonali. Dan sar billi talbu li jsir referendum abrogattiv biex jispiċċaw ir-regolamenti li jippermettu l-kaċċa tal-gamiem u tas-summien fir-rebbiegħa.
Il-kaċċaturi u l-għaqdiet tagħhom, kif kellhom kull dritt li jagħmlu, marru l-Qorti Kostituzzjonali bit-tama li jsibu x-xagħra fl-għaġina u b’hekk iżommu r-referendum abrogattiv milli jsir.
Il-Qorti Kostituzzjonali f’deċiżjoni li tat f’Jannar li għadda qalet li ma hemm l-ebda raġuni li tista’ żżomm lir-referendum milli jsir. Fuq dan il-blog ktibt sitt artikli li fihom spjegati fil-qosor dak li qalet il-Qorti. Dawn l-artikli tista taqrahom hawn : 1, 2, 3, 4, 5 u 6. Jekk trid tista’ taqra ukoll id-deċiżjoni sħiħa tal-Qorti Kostituzzjonali hawn.
Fis-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali għandkom spjegat l-istorja kollha f’dawn is-siegħat ta’ skiet u riflessjoni.
Nerġgħu nitkellmu wara l-10.00pm tas-Sibt meta tieqaf il-votazzjoni.
Ftakru ħaġa waħda : huwa l-vot LE biss li permezz tiegħu tista’ twaqqaf il-kaċċa fir-rebbiegħa.