Wasal iż-żmien li jinbidel il-menú

menu

 

Attendejt għal forum dwar it-titjib fil-kwalità tal-ħajja fin-nofsinnhar ta’ Malta li sar fi SmartCity nhar is-Sibt li għadda u li kien organizzat mill-NGO ambjentali Flimkien għal Ambjent Aħjar.

F’dawn l-okkazjonijiet, il-fus tad-diskussjoni, bħal dejjem, , idur fuq il-konflitt bejn il-ħarsien tal-ambjent u l-kilba għall-flus. Ser jirnexxilna nimxu il-quddiem biss meta jkun ċar li l-interess tan-nies jiġu qabel il-flus: meta l-iżvilupp propost ikun wieħed sostenibbli.

Sfortunatament dan mhux dejjem ċar. M’huwiex ċar minn kif jitkellmu uħud li jħawwdu f’dak li jissejjaħ żvilupp. L-anqas m’hu ċar minn uħud mid-deċiżjonijiet u policies li jiġġebbdu iktar mil-lastku.

L-awtoritajiet pubbliċi suppost li qegħdin hemm biex jiddefendu lill-komunità. Iżda, sfortunatament, bosta drabi iktar iwasslu l-messaġġ li qegħdin hemm biex iservu lill-flus u lill dawk li għax għandhom is-saħħa tal-flus iwieżnu kontinwament  lill-poter.

Dan mhux atteġġjament li qed nosservawh illum għall-ewwel darba. Iżda hu mod ta’ imġieba li issa drajniha. Il-kokijiet donnhom li qegħin jinbidlu regolarment. Imma l-menú baqa’ l-istess.  It-taħwida fil-borma għadha l-istess, avolja inbidlu l-idejn li qed iħawdu u jagħġnu.

Għax minn kokijiet li mhux imdorrijin jipproduċu ħlief frejjeġ u kawlata ma tistax tistenna żvilupp sostenibbli.

Jeħtieġ li jinbidel il-menú. In-nies trid spazji miftuħa u inqas konkos. Mhux biss spazji mhux mibnija imma fuq kollox aċċess ikbar għan-natura. Anke fin-nofsinnhar tal-pajjiż.

ippubblikat fuq iNews L-Erbgha l-1 t’April 2015

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s