Permezz tal-arti napprezzaw in-natura u nsaħħu d-demokrazija

Giovanni Bonello.130315

 

Id-diskors li għamel il-bieraħ l-Imħallef Giovanni Bonello intlaqa’ tajjeb minn kulħadd. Id-diskors ta’ Vanni Bonello kien ċelebrazzjoni tad-demokrazija permezz tal-arti u l-apprezzament tan-natura.

Tkellem fit-tul dwar kif permezz tal-arti nistgħu napprezzaw iktar in-natura. Kienet opportunità ukoll biex sellem il-memorja ta’ Maurice Caruana Curran li miet iktar kmieni din il-ġimgħa. L-Imħallef Maurice Caruana Curran kien wieħed mill-pijunieri f’Malta tal-attiviżmu ambjentali bit-twaqqif 50 sena ilu ta’ Din l-Art Ħelwa.

Giovanni Bonello emfasizza l-importanza tar-rwol tas-soċjeta ċivili li bl-użu tal-għodda demokratika tar-referendum abrogattiv qed tieħu lura l-poter li tiddeċiedi mingħand il-politiċi li tul is-snin kienu mhedda u rikattati kontinwament mil-lobby tal-kaċċaturi.

Vanni Bonello kien imdawwar mill-artisti li b’ġenerosita kbira irregalaw il-pitturi tagħhom lill-kampanja kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa . Kien f’waqtu ukoll għalhekk il-kumment ta’ Vanni Bonello illi l-ebda delizzju m’hu mhedded mir-referendum abrogattiv.

Baqa’ ftit ieħor. 4 ġimgħat oħra u nivvutaw.  Grazzi lil kulħadd tal-impenn. Għax il-messaġġ qiegħed jasal.

One comment on “Permezz tal-arti napprezzaw in-natura u nsaħħu d-demokrazija

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s