Tinsewx x’għamlu l-kaċċaturi. Inneħħulhom il-maskra.

Dak li għamlu l-kaċċaturi ħadd m’hu ser jinsieħ.

Il-filmat xukkanti ta’ 30 sekonda juri filmati tal-kaċċaturi jokkupaw b’arroganza l-kampanja, jisparaw fuq għasafar rari u protetti, u jattakkaw b’mod vjolenti u jabbużaw persuni innoċenti.

Il-kaċċaturi qed jinħbew wara maskra bil-kampanja tal-‘iva’, imma dan il-filmat jikxef dik il-maskra. Juri l-impatt reali u xokkanti tal-kaċċa fir-rebbiegħa fil-kampanja, fuq l-għasafar u b’mod speċjali fuq kull min jazzarda jgawdi l-kampanja matul ir-rebbiegħa. Aħna ma nsejniex dawn l-inċidenti, u hu importanti li l-pubbliku ma jinsix dan meta jivvota fil-11 t’April.

SHout żvelaw ukoll l-ewwel poster tal-kampanja li juri l-atti ta’ vandaliżmu u l-qtil li jseħħ matul l-istaġuni tal-kaċċa fir-rebbiegħa. Il-poster tal-kampanja jservi bħala tfakkira għalina lkoll tal-intolleranza, vandaliżmu u l-qtil li hu assoċjat mal-kaċċa fir-rebbiegħa u għala l-vot tal-‘le’ huwa daqshekk importanti fir-referendum.

Il-kampanja wkoll ġabret rapport tal-iktar eżempji estremi ta’ vjolenza, vandaliżmu u qtil ta’ għasafar protetti matul l-aħħar għaxar snin. Ir-rapport juri erbatax-il inċident ta’ vjolenza sinifikanti fuq in-nies, sittax-il inċident ta’ vandaliżmu fuq is-siġar, riżervi naturali jew propjetà kif ukoll disa’ inċidenti serji ta’ theddid u abbużi kontra membri tal-pubbliku u voluntiera.

Din il-wirja ta’ attitudni vjolenti, vandaliżmu u theddid hi tassew xokkanti u sservi biex tfakkar x’ċertu sezzjonijiet tal-komunità tal-kaċċaturi huma kapaċi jagħmlu. Filwaqt li r-rapport għandu l-aktar eżempji estremi, ma nistgħux ninsew li membri tal-pubbliku ġenerali ta’ spiss huma suġġetti għal abbuż verbali u intimidazzjoni waqt l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa.

Il-filmat juri l-impatt ikrah tal-kaċċa fir-rebbiegħa fuq l-għasafar, waqt li juri li wħud mill-iktar inċidenti xokkanti tal-qtil illegali fis-snin riċenti. Ma ninsewx il-kuċċard rari li sfaw fil-mira matul il-lejl waqt li kienu qed jistrieħu: użaw it-torċijiet biex ikunu jistgħu jisparaw fuqhom. Ma nistgħux ninsew il-fjammingi, iċ-ċikonji u l-kaċċatur bil-balaklava li nqabad jispara fuq l-għasafar fis-santwarju tal-għasafar Foresta 2000.

Dawn l-inċidenti huma biss il-ftit li jidher minn barra u juri li għandna nivvutaw ‘le’ biex b’hekk l-għasafar ikunu jistgħu jtiru fuq Malta bla periklu fi triqithom lejn l-Ewropa biex ibidu l-bajda u jiżdiedu fin-numru.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s