Ir-referendum abrogattiv: il-ġirja sal-barkun

ipp

 

Il-Malta Today tal-lum kompliet tagħti serviżż  dwar ir-referendum abrogattiv. Illum spjegat f’iktar dettall is-sondaġġ ippubblikat fi tmiem il-ġimgħa.

Is-sondaġġ huwa ritratt li hu validu fil-mument li ittieħed. Jiġifieri bħalissa l-votanti qed jaħsbuha b’dak il-mod li ġie rappurtat.

Illum jidher li fil-pajjiż hemm distakk ta’ madwar 7%, bil-maġġoranza ta’ dawk li esprimew ruħhom jiddikjaraw li ma jaqblux mal-kaċċa fir-rebbiegħa.

Tajjeb li nżommu quddiem għajnejna li din mhux l-aħħar kelma. Għax għad hemm persentaġġ mhux żgħir ta’ votanti li qalu li għadhom ma iddeċidewx jekk hux ser jivvutaw jew le. Dawn jistgħu eventwalment verament ma jivvutawx, inkella jista’ jkun li wara kollox jiddeċiedu li dakinnhar imorru u jixħtu l-vot tagħhom favur naħa jew oħra. Għad baqa’ 38 ġurnata sa ma nivvutaw.

Il-ġirja sal-barkun! Għad baqa’ ħafna xogħol xi jsir sal-11 t’April biex inwasslu l-messaġġ favur l-għasafar u d-dritt ta’ aċċess għall-kampanja.

Advertisements

One comment on “Ir-referendum abrogattiv: il-ġirja sal-barkun

  1. …..u f’isem min tabilhaqq ihobb l-ambjent…..minn qalbi nizzik hajr tax-xoghol siewi li qed twettaq……int u l-front runners tal-moviment SHOUT.

    Ir-referendum m’ghadux biss dwar il-kacca fir-rebbiegha……izda sar konfront bejn dawk li jridu li pajjizhom ikun il-qaddej taghhom, kontra dawk li jridu jhallu pajjiz ahjar lill uliedhom.

    Jekk jirbhu l”Le”, il-partiti l-kbar ikunu hadu messagg importanti hafna……il-messagg li l-gens Malti lest li jqieghed il-gid ta wliedu qabel il-glorji tal-politikanti.

    Fit-testment tieghi, nixtieq inhalli hafna ghasafar biex igawduhom in-neputijiet tieghi.
    Bis-sahha tieghek u ta ohrajn bhalek, jista jirnexxieli naghmel dan.

    L-ahhar haga…….sal-llum, f’kull referendum li sar, l-Alternattiva Demokratika dejjem kienet fuq in-naha rebbieha…..in-naha tal-poplu…..F’kaz ta rebha tal-“le” l-AD tkun l-uniku partit li tabilhaqq ikun dejjem il-vuci tal-Maltin.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s