L-amnestija tal-MEPA ……….. bis-sulluzzu

MEPA cartoon 2014

cartoon : Malta Today 6 April 2014

 

Il-bieraħ fuq TVam is-CEO tal-MEPA ħabbar ftit informazzjoni li tista’ tibda tlaħħam l-amnestija li l-MEPA qed tippjana.

Qal li l-amnestija mhiex immirata għall-kmamar tal-Armier u ta’ San Tumas. L-anqas ma hemm il-ħsieb, qal, li l-amnestija tkun applikata għall-iżvilupp irregolari li seħħ fuq art tal-Gvern.

Qal ukoll li żvilupp irregolari li seħħ barra miż-żona tal-iżvilupp jista’ jkun ikkunsidrat biss jekk seħħ iktar minn għoxrin sena ilu. Jiġifieri irid ikun seħħ qabel l-1994.

Wara li fil-bidu ta’ Frar kienet ippubblikata l-ewwel storja fis-Sunday Times, din hi it-tieni darba li qed toħroġ biċċa informazzjoni dwar din l-amnestija. Fis-Sunday Times is-CEO tal-MEPA kien tkellem fuq affarijiet oħra li setgħu jkunu is-suġġett tal-amnestija tal-MEPA. Dakinnhar kien għamel emfasi fuq xi ftit pulzieri differenza fil-qisien tal-btieħi bħala raġuni ewlenija għall-amnestija li qed tinħema. Raġuni li ma tagħmilx sens għax il-liġijiet u policies eżistenti diġa jipprovdu għall-kazijiet ta’ ftit pulzieri differenza.

Din x’serjetà hi li l-informazzjoni toħroġ bis-sulluzzu?

Mhux aħjar jinħareġ dokument għal-konsultazzjoni pubblika fejn il-MEPA mhux biss tinforma eżatt x’qed tipproponi, imma tagħti wkoll il-raġunijiet li wassluha għall-proposti tagħha. Ikun tajjeb ukoll li l-MEPA tispjega ftit l-impatti ambjentali ta’ dak li ser tipproponi. Meta l-affarijiet isiru bis-serjetà hekk isiru.

Għax s’issa, id-dibattitu pubbliku ma kienx ibbażat fuq proposti ċari imma biss fuq biċċiet żgħar ta’ informazzjoni u ħafna spekulazzjoni. Dan it-tip ta’ dibattitu ma jagħmel il-ġid lil ħadd. L-anqas lill-MEPA.

 

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s