Il-MEPA bil-loppju

the pattern

(cartoon ta’ Steve Bonello: http://www.stevebonellocartoons.com/)

Diversi qed jippruvaw iwasslu l-messaġġ li l-amnestija li l-MEPA qed tħejji hi dwar affarijiet żgħar. Irregolaritajiet minuri li dwarhom jgħidulna li għandu jkun biżżejjed jekk tħallas multa.

Ma jistax ikun, qed jgħidulna li jkollna dawn l-irregolaritajiet kollha. Hemm bżonn li nkunu pożittivi!

Biex inkunu pożittivi hemm bżonn nitgħallmu nimxu mar-regoli. Hemm ħafna Maltin li meta bnew imxew mar-regoli. Dawn kienu pożittivi ħafna.

Issa qed jiġi propost li min ma mexiex mar-regoli ikun ippremjat. Tajjeb dan? Għax dan li tfisser l-amnestija.

Il-liġijiet u l-policies tal-ippjanar diġa jipprovdu għal varjazzjonijiet żgħar fil-permessi. Jipprovdu dwar soluzzjonijiet għal min għandu l-bitħa ftit żgħira, inkella għal min għandu xi filata nieqsa jew għal min ma jimxix eżatt mal-permess.  Jiġifieri fejn ikun hemm min jieħu żball żgħir dejjem kien possibli li jirrimedja. Bl-amnestija tal-2012 anke għal żbalji ikbar minn ftit pulzieri ġie provdut rimedju.

Li m’huwiex possibli s’issa hu li min jisfida tgħaddi tiegħu. Għax s’issa l-MEPA, għalkemm mhux dejjem imxiet sewwa, għad m’għalqitx għajnejha.  Avolja kuntant tħares mingħajr ma tara.

Jista’ jkun li hemm min għandu abbużi ikbar fil-bini li s’issa ma setax igawdi dak li għamel. Per eżempju qed jissemmew vilel sħaħ barra miż-żona tal-iżvilupp li inbnew kompletament mingħajr permess. Inkella forsi xi każijiet fejn inħareg permess għal stalel taż-żwiemel barra miż-żona tal-iżvilupp u minflok inbniet residenza. Jew xi każ ta’ permess għal washrooms li ġie trasformat f’penthouse f’żona fejn mhux permess.

Forsi għalhekk hemm min qed iqis li amnestija hi I-unika soluzzjoni. Amnestija li biha jilluppjaw lil MEPA.

Għad jonqos li nkunu nafu kemm ser japplikaw loppju. B’hekk ikollna idea ta’ kemm ser ikunu ippremjati abbużi!

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s