Is-siġġijiet tal-PN fil-Parlament

PN seats

Għaddej ħafna paroli bħalissa dwar dawk iż-żewġ siġġijiet li l-Qorti ordnat lill-Kummissjoni Elettorali biex tagħti lill-PN.

L-istorja hi ħafna iktar ikkumplikata minn hekk.

Fl-elezzjoni ġenerali tal-2013 il-Partit Laburista rebaħ 39 siġġu Parlamentari u l-PN rebaħ 26. Dwar tnejn mis-siġġijiet li rebaħ il-Partit Laburista kien hemm l-iżbalji. Qed nirreferi għas-siġġu Parlamentari li rebaħ Edward Scicluna fuq id-Distrett ta’ B’Kara (8) u għas-siġġu Parlamentari fuq id-Distrett ta’ Għawdex (13) li rebħet Justyne Caruana. Li kieku ma sarux l-iżbalji flokhom kienu jitilgħu Claudette Buttigieg u Fredrick Azzopardi.

X’għandu jiġri mela? Il-loġika tgħidlek li jekk il-Qorti ikkonfermat l-iżball il-Kummissjoni Elettorali għandha tkun ordnata tikkoreġi l-iżball.

Hemm mod wieħed kif jiġi ikkoreġut l-iżball. Dan isir billi ir-riżultat finali issirlu korrezzjoni. Fit-tmien Distrett flok Edward Sicicluna titla’ Claudette Buttigieg u fit-Tlettax-il Distrett flok Justyne Caruana jitla’ Fredrick Azzopardi. Dan ifisser ukoll li r-riżultat finali flok ma jaqra 39 siġġu għall-PL u 26 siġġu għall-PN jibda jaqra 37 siġġu għall-PL u 28 siġġu għall-PN.

Id-differenza ta’ siġġijiet bejn il-PN u l-PL ma tibqax 13 imma issa issir 9. Dan kollu jfisser li wieħed ikun irid jara mill-ġdid jekk ikunx hemm ħtieġa illi tkun applikata l-emenda Kostituzzjonali li tirrestawra l-proporzjonalita’ billi iżżid is-siġġijiet.

Advertisements

3 comments on “Is-siġġijiet tal-PN fil-Parlament

  1. Ghandek zball fl-argument Perit. Li kieku jigi kkoregut l-izball kif qed tghid li ghandu jsir int, x’hin tidhol il-formula tal-proporzjonalita’ jizdiedu zewg siggijiet lil PN, u jispiccaw 37 ghal PL u 30 ghal PN. Dak kien l-argument logiku tal-Qorti u r-raguni ghala tat zewg siggijiet lill-PN, biex tinzamm id-differenza li kien jirrizulta lil kieku ma sarx l-izball. Tista’ tara kif dan jinhadem f’din il-post: http://markanthonysammut.blogspot.com/2015/02/the-mathematical-proportionality-in-our.html

    • Interessanti l-argumenti dwar in-nuqqas ta’ proporzjonalità kkawżati minn 50 vot. Kieku l-proċess hu wieħed serju jagħti każ ukoll dawk il-5800 vot li ma ntilfux, iżda ma tawx każ tagħhom: il-voti ta’ Alternattiva Demokratika.
      X’loġika hemm f’sistema li tagħti piz lil 50 vot u tinjora 5,800? Ovvjament , mhux il-loġika biss hi nieqsa iżda ukoll sens ta’ demokrazija.
      Ftakru li dna hu każ li hu ibbażata fuq id-determinazzjoni li tkun rispettata l-volontà tal-poplu kif espressa fil-votazzjoni. Kull vot huwa importanti. Imma jekk il-50 vot jixirqilhom din l-attenzjoni kollha x’għandu jsir dwar dawk il-5,800 vot?
      It-tweġiba ovvja li ser ningħata: imma dan x’għandu x’jaqsam?

  2. Ovvjament jien qed nitkellem fuq il-formula matematika li tipprovdi l-ligi bhalissa. Naqbel mieghek li ghandu jkun hemm threshold nazzjonali li partit li jkollu 1/65 tal-voti validi jkollu siggu min 65. Pero’ dak argument iehor li jrid jara emendi Kostituzzjonali li ma jidholx f’dan il-kaz li kellha quddiemha l-Qorti.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s