80.4% deċiżi li jivvutaw

Xarabank Survey

In-nies, bil-mod qed tifhem li l-kaċċa fir-rebbiegħa għandha tispiċċa darba għal dejjem.

Is-survey ta’ Xarabank ippubblikat il-bieraħ juri appoġġ li qed jiżdied. 44.7% jgħidu LE u 35.7% jgħidu IVA. Għad baqa xahrejn u l-affarijiet jistgħu jkomplu jinbidlu.

Survey ta’ dan ix-xorta huwa ritratt validu fil-mument li ittieħed. Huwa ritratt tal-opinjoni tan-nies kif qed tiżviluppa f’din il-kampanja dwar dan ir-referendum abrogattiv.

Meta tqabblu mas-survey pubblikat mill-Malta Today nhar il-Ħadd li għadda is-survey ta’ Xarabank juri ċaqlieq fil-fehma tan-nies. Qed jonqsu dawk li lesti jappoġġaw il-kaċċa fir-rebbiegħa. Dan jista’ jkun li jfisser li n-nies qed issegwi id-dibattitu b’attenzjoni u qed tirreagixxi għal dak li qed tisma’.

Punt ieħor posittiv ħafna li jirriżulta minn dan is-survey hu li avolja għad baqa’ xahrejn 80.4% tal-votanti huma deċiżi li jmorru jivvutaw. Dan ukoll huwa żieda fuq dak li kien ikkonkluda is-survey tal-Malta Today. Jidher ċar li l-Maltin iridu jieħdu sehem fid-deċiżjonijiet li jeffettwawhom.

 

Advertisements

2 comments on “80.4% deċiżi li jivvutaw

  1. Nispera li din it ‘trend’ tibqa sa la ahhar u naqtu dan l sfregju darba ghal dejjem. Inhobb immur nimxi fil kampanja. Ma nghidlekx kemm il darba jkolli xi nghid ma xi gustuz li jahseb illi billi jaghmel bicca kartuna b RTO tidholx (kommuni) jew prive’ (mhux tant!) ghandu xi dritt sacrosant ghal art publika. Meta, imma meta, ser jinqaghtu dawn il buzullotti? Kullhad jiehu l’ezempju minn tal armier..ghalhekk…l’aqwa l’voti ……………

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s