Int baħnan jekk tosserva l-liġi ? (il-MEPA u l-amnestija)

 MEPA amnesty

 

Qed jingħad kliem fis-sens li l-MEPA qed tħejji l-qafas għal amnestija dwar l-irregolaritajiet fil-bini. Qed tidher il-MEPA, peró jkun tajjeb li kulħadd jifhem li l-MEPA ma kienitx ser tiċċaqlaq mingħajr il-kunsens tal-Gvern.

Il-liġijiet li għandna diġa jipprovdu ċertu ammont ta’ flessibilita. Tant li mhux korrett dak li qal lis-Sunday Times is-CEO tal-MEPA Johan Buttigieg li għax shaft ikun ftit pulizieri inqas mill-permess ikollu jitwaqqa’. Diġa jeżistu fil-liġijiet tagħna proċeduri għal każijiet bħal dawn. Kienu diġa jeżistu anke qabel l-amnestija li ta’ l-Gvern Nazzjonalista f’Awwissu 2012. Mhux għal każijiet kollha. Imma dawk il-każijiet ż-żgħar li qed jintużaw bħala l-iskuża. Huma rimedji li ilhom jeżistu snin kbar.

Imma jidher li bl-iskuża ta’ dawn il-varjazzjonijiet ta’ ftit pulizieri hemm min qiegħed jittama li jirnexxielu jgħaddi ankè l-ħniżrijiet. Qed ngħid hekk għax diġa qed jissemma bini barra miż-Żona ta’ Żvilupp (ODZ). Dan mhux aċċettabbli.

X’ser ikun propost f’din l-amnestija għad irridu naraw imma fuq ix-xefaq ma jidhrux affarijiet sbieħ. Il-messaġġ, kif qalet tant tajjeb Josanne Cassar, hu wieħed ċar ħafna: min josserva l-liġi hu baħnan. Hekk ser ikun qiegħed jgħidilna l-Gvern jekk ikompli għaddej f’din it-triq.

Advertisements

One comment on “Int baħnan jekk tosserva l-liġi ? (il-MEPA u l-amnestija)

  1. Il-Gvern jew ahjar xi Ministri fil-Gvern ilhom jghidulna hekk. Hu il-kas ta’ Helena Dalli u r-ragel taghha, bil-farmhouse ODZ taht imnihirhom li l-ewwel qalu li ma jafux li qed isiru xoghlijiet, wara qalu li mhux taghhom u komplew ihawdu minn hemm.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s