Wara li ilhom ix-xhur jikkampanjaw kontra d-dritt tal-Maltin li b’referendum iħassru r-regolamenti li jippermettu l-kaċċa fir-rebbiegħa l-FKNK issa jridu jneħħu kull dubju dwar il-kredenzjali demokratiċi tagħhom.
Kitbu lis-Segretarju Parlamentari Josè Herrera (għax għadhom ma ndunawx li r-responsabbilta’ tal-Kunsilli Lokali issa għaddiet f’idejn is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo) u talbuh jieħu passi għax żewġ Kunsilliera fil-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard (Ralph Cassar ta’ AD u l-Viċi Sindku Marco Spiteri tal-PN) qed jikkummentaw kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa fuq il-facebook page tal-Kunsill Lokali.
X’jippretendu dawn: li jagħmlulna sarima ma ħalqna?
Ma qalux hekk meta żewġ esponenti tas-soċjetà ċivili qalu li se jivvutaw iva. U kien hemm min qal hekk anke mill-kariga uffiċjali li jokkupa f`isem il-poplu Malti.