X’qalu l-kaċċaturi: kif wieġbet il-Qorti Kostituzzjonali (5)

eu-flag

5. It-trattat tal-EU u r-referendum

Il-ħames oġġezzjoni li kkunsidrat il-Qorti hi spjegata fil-paragrafu 32 tas-sentenza, ftit twil għax jikkwota silta twila mir-rikors tal-kaċċaturi. Fil-qosor  fir-rikors tal-kaċċaturi jingħad illi l-avviż legali dwar id-deroga tal-kaċċa fir-rebbiegħa huwa obbligu li jirriżulta mit-trattati Ewopej. Fir-rikors tagħhom il-kaċċaturi jgħidu li jekk dan l-avviż legali jitneħħa kif qed jitlob ir-referendum  Malta tkun qed tonqos milli twettaq l-obbligu tagħha li timplimenta d-Direttiva dwar l-Għasafar.

Is-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali twieġeb fit-tul  is-sottomissjonijiet tal-Kaċċaturi u fost affarijiet oħra fil-paragrafi 37 sa 39 tgħid hekk:

Il-qorti tosserva illi, min-natura tagħha, “deroga” hija mezz kif stat membru jkun jista’ ma jimplimentax għal kollox dak li trid direttiva jew liġi oħra ewropea. Jekk jitħarsu l-kondizzjonijiet li trid direttiva, deroga tkun mod leġittimu kif dan isir. Fil-każ tallum, il-L.S.504.94  [Legislazzjoni Sussidjarja, ċjoe r-regolamenti li jippermettu d-deroga tal-kaċċa fir-rebbiegħa] hija mezz kif l-istat malti jista’ leġittimament ma jimplimentax għalkollox id-Direttiva 2009/147/KE. [Direttiva dwar l-Għasafar]

Il-fatt iżda illi deroga hija leġittima – għax iseħħu l-kondizzjonijiet kollha li fihom tista’ tingħata – ma jfissirx illi – għax iseħħu l-istess kondizzjonijiet – hija obbligatorja. Fil-fatt, l-art. 9 tad-Direttiva 2009/147/KE – id-disposizzjoni li tippermetti d-deroga u tgħid f’liema ċirkostanzi tista’ tingħata – igħid ċar illi “L-Istati Membri jistgħu – u mhux “għandhom” – jidderogaw … … …”. Fi kliem ieħor: bid-deroga stat membru jista’ ma jimplimentax għalkollox id-Direttiva; mingħajrha, stat membru huwa marbut illi d-Direttiva jimplimentaha għalkollox u bla eċċezzjoni.

Taħt id-direttiva l-istat membru qatt ma hu obbligat li jimplimenta deroga, anqas meta jirrikorru ċ-ċirkostanzi li jippermettu tali deroga. Għandu għażla jimplimentahiex jekk iseħħu ċ-ċirkostanzi meħtieġa, u, jekk jimplimentaha, għandu obbligu li jħares il-kondizzjonijiet li skonthom trid tigi implimentata dderoga, iżda jekk – ukoll biex iwettaq rieda popolari espressa f’referendum – jagħżel li ma jfittixx deroga dan l-obbligu li jħares il-kondizzjonijiet tad-deroga ma jibqax relevanti għax l-istat ikun qiegħed, minflok, iħares l-obbligu li jwettaq fis-sħiħ id-direttiva. Wara kollox, id-Direttiva 2009/147/KE stess mhux biss ma tgħidx illi l-istati membri huma marbuta li jimplimentaw deroga meta din hija possibbli, iżda anzi tgħid fl-art. 14 illi “L-Istati Membri jistgħu jintroduċu miżuri protettivi aktar stretti minn dawk li hemm previsti f’din id-Direttiva”

Imbagħad il-Qorti Kostituzzjonali fil-paragrafu 50 tas-sentenza tgħaddi biex tgħid li:

 L-oġġezzjoni illi l-L.S. 504.94 hija “leġislazzjoni li tagħti seħħ lil xi obbligazzjoni derivanti minn trattat li jkollha sehem fih Malta” hija għalhekk miċħuda.

Min irid jidħol daqsxejn iktar fil-fond jaqra is-sentenza hawn, b’mod partiklari l-paragrafi  32 sa 50.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s