is-Switch tal-valuri

switch2

 

Is-soċjetà tagħna m’għandiex switch li bih, meta trid, tixegħel il-valuri “tajbin” jew titfi l-valuri “ħżiena”.

Is- soċjetà tagħna qed tinbidel u dan qed tagħmlu b’rata mgħaġġla ħafna. Bir-rata mgħaġġla tat-tibdil li minnu għaddej il-pajjiż hemm min qed jinfixel. Kultant hawn ukoll min qiegħed iparla ftit iżżejjed ukoll. Dan kollu qiegħed jiġri għax il-valuri tradizzjonali huma taħt assedju u mhux kulħadd hu ippreparat għal dan it-tibdil mgħaġġel li għaddej madwarna.

Pajjiżna għaddej minn dak li hu inevitabbli, dak li minnu għaddew pajjiżi oħra snin ilu. Dħalna fl-Unjoni Ewropeja fl-2004 u ftit ftit deħlin fis-sekli għoxrin u wieħed u għoxrin.

Kien hawn min ħaseb li dak kollu li seħħ madwarna baqa’ għaddej mingħajr ma effettwana. Min ħaseb hekk għarralu. Stajna kellna dan it-tibdil mifrux fuq numru ikbar ta’ snin, imma r-resistenza politika għall-bidla tul is-snin kienet kbira.

Kull bidla li qed isseħħ tista’ tagħmel il-ġid jekk inkunu imħejjija  għaliha. Għax huwa n-nuqqas ta’ tħejjija li qed iwassal lil uħud biex jippruvaw inisslu l-biża’ b’dikjarazzjonijiet li “qed jintilfu l-valuri”. Ir-realta’ hi ferm differenti. Il-valuri qed jinbidlu u mhux jintilfu.

Għalhekk hu xieraq li jintuża iktar kliem li jħeġġeg it-tolleranza kif ukoll li nirrispettaw iktar lil xulxin. Ovvjament ma hemm l-ebda mertu li tirrispetta lil dak li taqbel miegħu. Ir-rispett, l-iktar li hu meħtieġ hu fil-konfront ta’ dawk li ma naqblux magħhom! Jeħtieġ li nifhmu li kull wieħed u waħda minna għandu l-valuri tiegħu, li jgħożżhom. Dan peró ma jagħti dritt lil ħadd li jmaqdar lil min għandu valuri differenti. Kemm jekk differenti ftit, kif ukoll jekk differenti ħafna.

Is-switch jaqta’. On jew off. Iva jew le. Għall-valuri ma nużawx switch iżda nippruvaw nifhmu u nittolleraw iktar lil xulxin.

It-tolleranza hi biss l-ewwel pass. Il-pass li jkun imiss wara t-tolleranza hi li naċċettaw lil xulxin kif aħna, bid-differenzi b’kollox.

F’soċjetà li tifhem u tagħder m’hemmx post għal switch. Hemm iżda lok biex nibnu flimkien soċjetà dejjem iktar pluralista u liberali ibbażata fuq it-tolleranza u r-rispett reċiproku.

Is-sena t-tajba lil kulħadd.

2 comments on “is-Switch tal-valuri

  1. How can I go forward when I don’t know which way I’m facing ? – John Lennon.
    Anki 45 sena ilu John Lennon kellu l-istess dilemma.

    Meta timxi l-quddiem f’direzzjoni zbaljata, ma tkunx qed timxi l-quddiem, izda tkun miexi lura (jew la genba) “bhall granci”

    Xi ftit jew wisq, ma nizillix tajjeb dan l-artiklu….
    Hemm punti li naqbel maghhom u hemm ohrajn li ma naqbilx.

    Per ezempju…..it-Tolleranza mhijiex valur imma “sub-value” jew ahjar wild tal-akbar valur, dak tal-imhabba.
    Il-Liberta ghandha zewg genituri……”l-imhabba” (li tehles) u “l-egoizmu”.
    Is-socjeta’ tal-llum (u anki tal-bierah) dejjem uzat il-valur tal-liberta’ bhala skuza ghall agir egojistiku. Ha nuza ftit is-suggett tieghek Perit…..u nistaqsik mistoqsija.
    L-ispekulatur jista’ jghid li f’isem il-liberta ghandu dritt jibni fejn ifettillu ? Le hux ?
    It-tfajla li nqabdet tqila, ghadha dritt li f’ isem il-liberta, tikkmanda hi jekk tibqax iggorr tarbija f’gufha ?

    Il-valuri nsara huma bbazati fuq valur wiehed “l-Imhabba”. Il-mudell ta ghixien kif propost minn Gesu ta’ Nazaret ghadu attwali sal-llum.

    Huwa veru…..li matul l-istorja, il-valuri ta Gesu ta Nazareth gew abbuzati anki mill istess nies li gew fdati sabiex jippriedkawhom ( u minhabba f’hekk kollox iddahhal fi krizi). Imma huma jibqghu il-valuri li kull socjeta ghandha ddur madwarhom…..il-valuri tal-imhabba, tas-solidarjeta, tal-gustizzja, tal-umilta’, tal-mahfra…..u Gesu ta Nazareth gabarhom kollha f’sentenza qasira….”hobb lil ghajrek bhalek innifsek”

    Kieku kulhadd ihobb il-holqien (lil Hallieq) u kulhadd jittratta lill ohrajn bhal ma jixtieq li jigi ttrattat hu, id-Dinja tkun tabilhaqq benniena ta sliem.

    L-AD trid li toqghod attenta li tfittex tohrog mill mentalita Hippie ta Michael Brigulio.
    Dik il-mentalita fiha hafna tajjeb…..imma hija outdated. Illum fil-pajjizi l-aktar liberali qed ikun hemm hafna nies li qed jixxenqu ghal xi tip ta Ordni socjali.

    Mhux ta b’xejn li fost l-aktar pajjizi Ewropej li marrulu cittadini jiggieldu flimkien ma tal-ISIS wiehed isib lid-Danimarka !

Leave a Reply to carmelcacopardo Cancel reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s